6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța — Ir-Rumanija) — Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Tulcea vs Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central
(Kawża C-134/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Validità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji għal numru ta’ kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi - Nuqqas ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2012/C 303/18
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Constanța
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Tulcea
Konvenuta: Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Constanța — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17(1), 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji għal numru ta’ kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi — Ksur tad-dritt tal-proprjetà u tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tinsab manifestament f’nuqqas ta’ ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (Ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Frar 2012.
(1) ĠU C 138, 12.5.2012
Full & Egal Universal Law Academy