13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Novembru 2012 — Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG, Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG
(Kawża C-145/12 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Interess ġuridiku - Ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 108/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH (rappreżentanti: M. Núñez Müller u J. Dammann de Chapto, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti), Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG, Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG (rappreżentant: C. von Donat, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tad-9 ta’ Jannar 2012, Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft vs Il-Kummissjoni (T-407/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti li għandu bħala suġġett, minn naħa, talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-29 ta’ Lulju 2009 li tiddikjara li ċerti kuntratti konklużi mir-rikorrenti dwar il-bejgħ ta’ djar fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ djar pubbliċi f’Neubrandenburger ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE u, min-naħa l-oħra, talba intiża biex jiġi kkonstatat in-nuqqas tal-Kummissjoni, fis-sens tal-Artikolu 232 KE, sa fejn din tal-aħħar ma ħaditx pożizzjoni fuq l-imsemmija kuntratti abbażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8,Vol. 1, p. 339) — Ksur tar-raba paragrafu tal-Artikolu 263 u 265 TFUE, kif ukoll tad-dritt għal rimedju effettiv — Motivazzjoni insuffiċjenti tad-digriet tal-Qorti Ġenerali
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell.
(2)
Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH, il-Kummissjoni Ewropea, Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG u Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta ma’ dan l-appell.
(1) GU C 138, 12.05.2012
Full & Egal Universal Law Academy