13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2013 — Verenigde Douaneagenten BV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-173/12 P) (1)
(Appell - Artikolu 220(2) tal-Kodiċi Doganali - Recouvrement a posteriori de droits à l’importation - Preżentazzjoni inkorretta tal-fatti - Importazzjoni taz zokkor tal-kannamiela mhux irraffinat)
2013/C 108/20
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellant: Verenigde Douaneagenten BV [rappreżentant: S. Moolenaar, avukat]
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: B. Burggraaf u L. Keppenne, aġenti]
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali — Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Frar 2012, Verenigde Douaneagenten vs Il-Kummissjoni (T-32/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6754 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2010, li tikkonstata, minn naħa, li huwa ġġustifikat li d-dazji fuq l-importazzjoni jiddaħħlu fil-kontijiet a posteriori u, min-naħa l-oħra, li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata f’każ partikolari (REC 02/09)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miħud
(2)
Verenigde Douaneagenten BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 184, 23.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy