4.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social — Spanja) — Rafaela Rivas Montes vs Instituto Municipal de Deportes de Córdoba (IMDECO)
(Kawża C-178/12) (1)
(Artikoli 53(2) u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Determinazzjoni tal-anzjanità - Differenza fit-trattament bejn persunal irregolat minn regolamenti dwar il-persunal u membri tal-persunal bil-kuntratt - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ attività preċedenti mwettqa fi ħdan l-amministrazzjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2013/C 129/06
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rafaela Rivas Montes
Konvenut: Instituto Municipal de Deportes de Córdoba (IMDECO)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social — Interpretazzjoni tal-Artikolu 45(4) TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-metodu ta’ kalkolu tal-bonus ta’ anzjanità fis-servizz pubbliku — Applikazzjoni minn amministrazzjoni pubblika ta’ regoli differenti skont jekk ir-relazzjoni ta’ xogħol hijiex irregolata minn regolamenti dwar il-persunal jew minn kuntratt — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċerti perijodi mwettqa mill-persunal li ma huwiex irregolat minn regolamenti dwar il-persunal
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Juzgado de lo Social no 1 de Córdoba (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Frar 2012.
(1) ĠU C 209, 14.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy