3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/44
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 — Volkswagen AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Suzuki Motor Corp.
(Kawża C-260/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali Swift GTi - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali GTI - Irtirar tal-oppożizzjoni - Appell li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 225/75
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Volkswagen AG (rappreżentant: S. Risthaus, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Suzuki Motor Corp
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012, VOLKSWAGEN vs UASI — SUZUKI MOTOR (SWIFT GTi) (T-63/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 749/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volkswagen AG u Suzuki Motor Corp. — Sinjal verbali SWIFT GTi — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark verbali GTi — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
Dispożittiv
(1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell.
(2)
Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.
(1) ĠU C 227, 28.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy