15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/26
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho de Porto – il-Portugall) – Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins vs Fidelidade Mundial – Companhia de Seguros, SA
(Kawża C-264/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi tnaqqis fir-remunerazzjoni għal ċerti ħaddiema tas-settur pubbliku - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
2014/C 315/39
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal do Trabalho de Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins
Konvenut: Fidelidade Mundial – Companhia de Seguros, SA
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho do Porto (il-Portugall), b’deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2012 (Kawża C-264/12).
(1) ĠU C 209, 14.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy