3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/44
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Mejju 2013 — Cadila Healthcare Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Novartis AG
(Kawża C-268/12 P) (1)
(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Trade mark verbali ZYDUS - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja ZIMBUS - Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni mill-Bord tal-Appell tal-UASI)
2013/C 225/76
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cadila Healthcare Ltd (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Novartis AG (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tal-15 ta’ Marzu 2012, Cadila Healthcare vs UASI — Novartis (ZYDUS) (T-288/08) — li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “ZYDUS”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10, kontra d-Deċiżjoni R 1092/2007-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Mejju 2008, li tiċħad parzjalment l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark, fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja “ZIMBUS”, għal prodotti fil-klassi 5 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Cadila Healthcare Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 258, 25.8.2012.
Full & Egal Universal Law Academy