3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/45
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Mejju 2013 — You-Q BV vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Apple Corps Ltd
(Kawża C-294/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BEATLE” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi Komunitarji u nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “BEATLES” u “THE BEATLES” - Rifjut ta’ reġistrazzjoni mill-Bord tal-Appell - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)
2013/C 225/77
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: You-Q BV (rappreżentant: G.S.C.M. van Roeyen, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Botis u I. Harrington, aġenti), Apple Corps Ltd (rappreżentanti: A. Terry, solicitor u F. Clark, barrister)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012, You-Q vs UASI — Apple Corps (Beatle) (T-369/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BEATLE”, għal prodotti fil-klassi 12, kontra d-Deċiżjoni R 1276/2009-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-31 ta’ Mejju 2010, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi Komunitarji u nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “BEATLES” u “THE BEATLES”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 9, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 34 u 41
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
You-Q BV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 6.10.2012
Full & Egal Universal Law Academy