13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Huy (il-Belġju) — Agim Ajdini vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-312/12) (1)
(Regoli tal-Proċedura - Artikoli 53(2), 93(a) u 99 - Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Eżami tal-konformità ta’ dispożizzjoni legali nazzjonali kemm mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-Kostituzzjoni nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura prijoritarja ta’ proċedura inċidentali ta’ stħarriġ ta’ kostituzzjonalità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2013/C 108/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal du travail de Huy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Agim Ajdini
Konvenut: L-Istat Belġjan
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal du Travail de Huy — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20, 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 234 KE — Drittijiet fundamentali — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Ċittadin Serb b’diżabbiltà — Ammissibilità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċerti persuni mill-benefiċċju ta’ allowance għal persuni b’diżabbiltà minħabba n-nazzjonalità tagħhom — Ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa kandidat uffiċjali għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea — Possibbiltà għal qorti tar-rinviju li tagħmel referenza lill-Qorti tal-Ġustizzja — Ammissibilità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-qorti nazzjonali li l-ewwel tagħmel referenza lill-Qorti Kostituzzjonali
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Qustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunal du travail de Huy (il-Belġju).
(1) ĠU C 287, 22.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy