4.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van Koophandel te Gent — il-Belġju) — Euronics Belgium CVBA vs Kamera Express BV, Kamera Express Belgium BVBA
(Kawża C-343/12) (1)
(Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 2005/29/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi b’mod ġenerali l-offerta għal bejgħ jew il-bejgħ ta’ beni b’telf)
2013/C 129/09
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van Koophandel te Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Euronics Belgium CVBA
Konvenuta: Kamera Express BV, Kamera Express Belgium BVBA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van Koophandel te Gent — Il-Belġju — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi projbizzjoni ġenerali ta’ bejgħ b’telf, mingħajr ebda eċċezzjoni, u intiża li tipproteġi, fost l-oħrajn, l-interessi tal-konsumaturi — Kompatibbiltà mad-Direttiva 2005/29
Dispożittiv
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali żleali”) għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi projbizzjoni ġenerali tal-offerta għal bejgħ jew tal-bejgħ ta’ beni b’telf, sa fejn din id-dispożizzjoni jkollha għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.
(1) ĠU C 303, 06.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy