3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/46
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 — DMK Deutsches Milchkontor GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Lactimilk SA
(Kawża C-346/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark Komunitarja verbali MILRAM - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti RAM)
2013/C 225/80
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: DMK Deutsches Milchkontor GmbH (rappreżentant: W. Berlit, avukat)
Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent), Lactimilk SA (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012, NORDMILCH vs UASI — LACTIMILK (MILRAM) (T-546/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Settembru 2010 (Każijiet magħquda R 1041/2009-4 u R 1053/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lactimilk SA u Nordmilch AG — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Evalwazzjoni żbaljata tax-xebh tat-trade marks inkwistjoni — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
DMK Deutsches Milchkontor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 287, 22.9.2012.
Full & Egal Universal Law Academy