3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/47
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ April 2013 — Asa sp. z o.o. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-354/12 P) (1)
(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Trade mark verbali FEMIFERAL - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali u figurattiva preċedenti feminatal)
2013/C 225/82
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Asa sp. z o.o. (rappreżentant: M. Chimiak, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tal-25 ta’ Mejju 2012, Asa vs UASI — Merck (FEMIFERAL) (T-110/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala infondat ir-rikors ta’ Asa sp. zoo, applikant għat-trade mark verbali “FEMIFERAL”, intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni R 0182/2010-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tad-19 ta’ Novembru 2010, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li ċaħdet l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali “Feminatal” u tat-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali “feminatal”, għal prodotti fil-klassi 5 — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Asa sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 295, 29.9.2012.
Full & Egal Universal Law Academy