3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/48
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 — Harald Wohlfahrt vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Ferrero SpA
(Kawża C-357/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikoli 8(1)(b), u 43(2) - Sinjal verbali “Kindertraum” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali verbali preċedenti Kinder)
2013/C 225/83
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Harald Wohlfahrt (rappreżentanti: M. Loschelder u V. Schoene, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka, aġent), Ferrero SpA (rappreżentanti: F. Jacobacci u L. Ghedina, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2012, Wohlfahrt vs UASI — Ferrero (Kindertraum) (T-580/10) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 815/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferrero SpA u Harald Wohlfahrt — Reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Kindertraum” għal prodotti fil-klassijiet 16 u 28 — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark verbali preċedenti “Kinder” — Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 42(2) kif ukoll tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1.)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Harald Wohlfart huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) GU C 287, 22.9.2012.
Full & Egal Universal Law Academy