3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/48
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Nantes — Franza) — Adiamix vs Ministre de l’Économie et des Finances
(Kawża C-368/12) (1)
(Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura - Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Irkupru tal-għajnuna - Evalwazzjoni tal-validità ta’ att tal-Unjoni - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 225/84
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Nantes
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Adiamix
Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour administrative d’appel de Nantes — Validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/343/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata minn Franza dwar it-teħid ta’ kontroll ta’ impriżi f’diffikultà (ĠU L 108, p. 38)
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Nantes (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Lulju 2012, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 295, 29.9.2012.
Full & Egal Universal Law Academy