13.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 108/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Curtea de Apel Brașov — ir-Rumanija) — Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central, reprezentant al reclamanților Chițea Constantin și alții vs Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Brașov
(Kawża C-369/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Validità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji lil diversi kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2013/C 108/24
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Brașov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central
Konvenuti: Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Brașov
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Brașov — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(1), 20, 21(1) u 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tnaqqis fis-salarji lil diversi kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi — Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ dritt għall-proprjetà
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Brașov (ir-Rumanija), permezz tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Ġunju 2012.
(1) ĠU C 343, 10.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy