3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/48
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 — Arav Holding Srl vs H.Eich srl, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-379/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali H. EICH - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva preċedenti H- SILVIAN HEACH - Rifjut ta’ reġistrazzjoni)
2013/C 225/85
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Arav Holding Srl (rappreżentant: R. Bocchini, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: H.Eich Srl (rappreżentanti: D. Mainini, T. Rubin, A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli u G. Petrocchi, avukati), l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tad-19 ta’ Ġunju 2012 — H.Eich vs UASI — Arav (T-557/10), li permezz tagħha din tal-aħħar annullat id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Settembru 2010, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Arav Holding Srl u H.Eich Srl (Każ R 1411/2009-1) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Evalwazzjoni żbaljata tax-xebh tat-trade marks ikkontestati — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Arav Holding srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 6.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy