3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/50
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013 — Transports Schiocchet — Excursions SARL vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-397/12 P) (1)
(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Appell manifestament infondat u manifestament inammissibbli - Assenza ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni - Aggravju mhux preċiż - Aggravju intiż għall-eżami mill-ġdid tar-rikors fl-ewwel istanza)
2013/C 225/88
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Transports Schiocchet — Excursions SARL (rappreżentant: E. Deshoulières, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Karlsson u E. Dumitriu-Segnana, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rapprezentanti: N. Yerrell u J. Hottiaux, aġenti)
Suġġett
Appell mid-Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2012, Schiocchet vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-203/11), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament infondata fid-dritt talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba l-applikazzjoni tas-sistema prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92, tas-16 ta’ Marzu 1992, dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 306) — Kundizzjonijiet għall-preżentata ta’ rikors għad-danni — Żball ta’ istituzzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Transports Schiocchet — Excursions SARL hija kkundannata għall-ispejjez.
(1) GU C 331, 27.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy