21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2013 — medi GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-410/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali medi - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Żnaturament tal-provi - Assenza)
2013/C 377/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: medi GmbH & Co. KG (rappreżentant: D. Terheggen, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012, medi vs UASI (T-470/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 692/2008-4), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “medi” bħala trade mark Komunitarja — Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Karattru distintiv tas-sinjal verbali “medi”
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Medi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 331, 27.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy