3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/50
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Nienburg — il-Ġermanja) — Bianca Brandes vs Land Niedersachsen
(Kawża C-415/12) (1)
(Politika soċjali - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali mħallas - Ftehim qafas dwar xogħol part-time - Ħaddiem full-time li matul il-perijodu ta’ referenza kien impossibbli għalih li jibbenefika mid-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas - Mogħdija ta’ dan il-ħaddiem għal skema ta’ xogħol part-time - Dispożizzjoni nazzjonali jew prattika li tipprovdi tnaqqis tan-numru ta’ ġranet ta’ leave mħallas, li kien preċedentement akkumulat, b’mod proporzjonali għan-numru ta’ ġranet ta’ xogħol part-time fil-ġimgħa)
2013/C 225/89
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Arbeitsgericht Nienburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bianca Brandes
Konvenut: Land Niedersachsen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeitsgericht Nienburg — Interpretazzjoni tal-Klawżola 4(1) u (2) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278) — Impjegat li għadda minn xogħol full-time għal xogħol part-time — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li f’każ bħal dan tippermetti distribuzzjoni mill-ġdid tad-dritt għal leave annwali akkumulat waqt ix-xogħol full-time iżda li ma ntużaw li tirriżulta fi tnaqqis tan-numru ta’ ġranet ta’ leave.
Dispożittiv
Id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tirrigwarda ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u l-Klawżola 4(2) tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill- UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattika nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħhom in-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali mħallas, li kien impossibbli għal ħaddiem impjegat full-time li jibbenefika minnu matul il-perijodu ta’ referenza, huwa suġġett, minħabba l-fatt li dan il-ħaddiem għadda għal skema ta’ xogħol part-time, għal tnaqqis li huwa proporzjonali għad-differenza eżistenti bejn in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol fil-ġimgħa maħduma minn dan il-ħaddiem qabel u wara ma għadda għal xogħol part-time.
(1) ĠU C 366, 24.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy