3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/51
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Mejju 2013 — TME SpA — Termomeccanica Ecologia vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-418/12 P) (1)
(Appell - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti għar-restawrar tal-istazzjoni ta’ purifikazzjoni ta’ ilma użat f’Bukarest, kofinanzjat mill-fondi strutturali ISPA - Deċiżjoni allegatament irregolari tal-awtoritajiet Rumeni li jiċħdu l-offerta ppreżentata mill-appellanti - Rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ ksur jew ta’ korrezzjoni finanzjarja kontra r-Rumanija)
2013/C 225/90
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: TME SpA — Termomeccanica Ecologia (rappreżentanti: C. Malinconico u A. Gigliola, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u P. van Nuffel, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tal-4 ta’ Lulju 2012, TME vs Il-Kummissjoni Ewropea (T-329/11), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli, minn naħa, talba għal annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ April 2011, li għandha bħala suġġett l-ilment tal-kumpannija TME dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea min-naħa tar-Rumanija fil-kuntest tal-proġett “Bucharest Wastewater Treatment Plant Rehabilitation: Stage I ISPA 2004/RO/16/P/PE/003-03”, marbut mar-ristrutturar tal-istazzjoni ta’ purifikazzjoni ta’ ilma użat f’Bukarest, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens — Nuqqas ta’ osservanza tas-suġġett tar-rikors — Gwida prattika tal-proċeduri kuntrattwali fil-kuntest tal-azzjonijiet esterni — Obbligu tal-Kummissjoni li tagħti opinjoni motivata fil-każ ta’ irregolaritajiet jew ta’ ksur matul il-proċedura ta’ sejħa għal offerti
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
TME SpA — Termomeccanica Ecologia hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) GU C 373, 1.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy