4.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 — Luigi Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-433/12 P) (1)
(Appell - Rikors għad-danni mhux kuntrattwali - Rifjut mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja li jilqa’ l-ittri tal-appellant indirizzati lill-Ewwel Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 256(2) TFUE - Talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ ċerti deċiżjonijiet li jtemmu l-kawża mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-kawżi appellati)
2013/C 129/10
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Lulju 2012, Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (T-27/12), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għad-danni intiż għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mill-appellant minħabba r-rifjut tar-Reġistru li jilqa’ n-noti mibgħuta mill-appellant lill-Ewwel Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid tad-deċiżjonijiet li jtemmu l-kawża, mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-278/07 P, T-114/08 P, T-32/09 P u T-166/09 P
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 355, 17.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy