3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/52
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Cosenza — L-Italja) — CCIAA di Cosenza vs Ciesse srl
(Kawża C-468/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regoli tal-Proċedura - Artikoli 53(2), 93(a) u 99 - Direttiva 2008/7/KE - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Artikolu 5(1)(ċ) - Kamp ta’ applikazzjoni - Taxxa annwali mħallsa lill-kmamar lokali tal-kummerċ, tal-industrija, tal-artiġjanat u tal-agrikoltura)
2013/C 225/92
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Cosenza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura (CCIAA) di Cosenza
Konvenuta: Ciesse srl, fi stralċ
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Ordinario di Cosenza — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, p. 11) — Taxxa annwali imposta minħabba r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kumpanniji miżmum mill-kmamar tal-kummerċ lokali — Ammont ta’ taxxa annwali ddeterminata b’mod iktar favorevoli għall-impriżi individwali, il-kumpanniji agrikoli, (“societá semplici”) u l-uffiċċji ta’ avukati milli għall-kumpanniji b’kapital azzjonarju l-oħra.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 5(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dovut lill-kmamar tal-kummerċ, tal-industrija, tal-artiġjanat u tal-agrikoltura minn kull impriża inkluża jew imsemmija fir-reġistru tal-impriżi, u kkalkolat, fil-prinċipju, skont id-dħul mill-bejgħ tagħhom iżda ffissata b’mod fiss għal ċerti kategoriji ta’ impriżi u, b’mod partikolari, għall-impriżi miżmuma jew ġestiti individwalment minn persuni fiżiċi.
(1) ĠU C 399, 22.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy