7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Krejci Lager & Umschlagbetriebs GmbH vs Olbrich Transport und Logistik GmbH
(Kawża C-469/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja Konvenzjoni ta’ Brussell - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 5(1)(b) - Ġurisdizzjoni - Ġurisdizzjoni speċjali - Materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” - Kuntratt ta’ ħażna))
2014/C 102/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Handelsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Krejci Lager & Umschlagbetriebs GmbH
Konvenuta: Olbrich Transport und Logistik GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Handelsgericht Wien – Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) – Ġurisdizzjoni speċjali – Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi – Kuntratt ta’ ħażna
Dispożittiv
It-tieni inċiż tal- 5(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt dwar il-ħażna ta’ merkanzija, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi kuntratt “ta’ provista ta’ servizzi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013
Full & Egal Universal Law Academy