7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2013 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tad-Debreceni Munkaügyi Bíróság- l-Ungerija) – Nagy Sándor (C-488/12) vs Hajdú-Bihar Megyei Kormányhivatal, Lajos Tiborné Böszörményi (C-489/12), Róbert Gálóczhi-Tömösváry (C-490/12), Magdolna Margit Szabadosné Bay (C-491/12) vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal u Józsefné Ványai (C-526/12) vs Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal
(Kawżi magħquda C-488/12 sa C-491/12 u C-526/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
2014/C 102/03
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Debreceni Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawżi prinċipali
Rikorrenti: Nagy Sándor (C-488/12), Lajos Tiborné Böszörményi (C-489/12), Róbert Gálóczhi-Tömösváry (C-490/12), Magdolna Margit Szabadosné Bay (C-491/12) Józsefné Ványai (C-526/12)
Konvenuti: Hajdú-Bihar megyei Kormányhivatal (C-488/12), Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal (C-489/12, C-490/12, C-491/12), Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal (C-526/12)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Debreceni Munkaügyi Bíróság – Interpretazzjoni tal-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Tkeċċija mhux ġustifikata – Tkeċċija mingħajr raġuni invokata – Uffiċjal ta’ korp tal-amministrazzjoni pubblika li tkeċċa abbażi ta’ dispożiżzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-istatus tal-uffiċjali
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija).
(1) ĠU C 79, 16.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy