22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/22
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 — TeamBank AG Nürnberg vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Fercredit Servizi Finanziari SpA
(Kawża C-524/12 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva f@ir Credit - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja FERCREDIT - Rifjut ta’ reġistrazzjoni)
2014/C 52/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: TeamBank AG Nürnberg (rappreżentant: D. Terheggen, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Fercredit Servizi Finanziari SpA (rappreżentanti: G. Petrocchi, A. Masetti Zannini de Concina u R. Cartella, avukati)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tad-19 ta’ Settembru 2012, TeamBank vs UASI — Fercredit Servizi Finanziari (T-220/11), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2011 (Każ R 719/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fercredit Servizi Finanziari SpA u TeamBank AG Nürnberg — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn sinjal figurattiv li jinkludi fih l-element verbali “f@ir Credit” u trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti li tinkludi fiha l-element verbali “FERCREDIT”
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
TeamBank AG Nürnberg hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 9, 12.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy