22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/22
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-534/12 P) (1)
(Appell - Rikors għal reviżjoni - Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jiddikjara r-rikors inammissibbli - Assenjazzjoni - Assenjazzjoni mill-ġdid tad-delegazzjoni f’Luwanda (l-Angola) għal Brussell (il-Belġju) - Deċiżjoni sabiex jiġu ppakkjati u ttrasferiti l-oġġetti personali tar-rikorrent fl-assenza tiegħu - Konsegwenzi ta’ sentenza ulterjuri tal-Qorti Ġenerali)
2014/C 52/38
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat mid-Digriet tal-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2012, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-241/03 REV), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għar-reviżjoni tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2006, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-241/03) — Ksur tal-l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 64(4) u l-Artikolu 127(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Ksur tal-Artikolu 44(1) u (2) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja — Ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Luigi Marcuccio huwa kkunndannat għall-ispejjeż.
(1) GU C 71, 09.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy