7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 – J vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-550/12 P) (1)
((Artikolu 227 TFUE - Dritt għal petizzjoni - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew - Deċiżjoni ta’ arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri - Suġġett li ma jaqax fl-oqsma tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea))
2014/C 102/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: J (rappreżentant: A. Auer, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u N. Görlitz, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012, J vs Il-Parlament (T-160/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ J intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-2 ta’ Marzu 2010, li tarkivja mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri l-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fid-19 ta’ Novembru 2009 (Petizzjoni Nruo1673/2009) – Motivazzjoni insuffiċjenti – Ksur tad-drittijiet fundamentali
Dispożittiv
1.
L-appell huwa miċħud.
2.
It-talba għal għajnuna legali hija miċħuda.
3.
J huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 02.02.2013
Full & Egal Universal Law Academy