7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 – Kuwait Petroleum Corp., Kuwait Petroleum International Ltd, Kuwait Petroleum (Nederland) BV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-581/12 P) (1)
((Appell - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Iffissar tal-prezz gross tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Iffissar ta’ tnaqqis għall-bennejja tat-toroq - Komunikazzjoni dwar il-Kooperazzjoni tal-2002 - L-aħħar paragrafu tal-Artikolu 23(b) - Immunità parzjali - Provi marbuta ma’ fatti preċedentement mhux magħrufa mill-Kummissjoni Ewropea - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat))
2014/C 102/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Kuwait Petroleum Corp., Kuwait Petroleum International Ltd, Kuwait Petroleum (Nederland) BV (rappreżentanti: D. Hull, solicitor u G. Berrisch, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-27 ta’ Settembru 2012, Kuwait Petroleum et vs Il-Kummissjoni (T-370/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (Każ COMP/F/38.456 – Bitum – il-Pajjiżi l-Baxxi), dwar ftehim li jirrigwardaw l-iffissar tal-prezz gross tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq fil-Pajjiżi l-Baxxi u dwar l-iffissar ta’ tnaqqis minimu uniformi favur bennejja tat-toroq li huma membri tal-akkordju u ta’ tnaqqis massimu inqas ogħli applikabbli għall-bennejja l-oħra tat-toroq – Tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti
Dispożittiv
1.
L-appell huwa miċħud.
2.
Kuwait Petroleum Corp., Kuwait Petroleum International Ltd u Kuwait Petroleum (Nederland) BV huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) GU C 55, 23.2.2013.
Full & Egal Universal Law Academy