21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 — Ellinika Nafpigeia AE, 2. Hoern Beteiligungs GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-616/12 P) (1)
(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Appell manifestament infondat - Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Terminu għall-preżentata ta’ appell)
2013/C 377/06
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ellinika Nafpigeia AE, 2. Hoern Beteiligungs GmbH (rappreżentanti: K. Chrysogonos u A. Kaidatzis, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Konstantinidis u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), Ellinika Nafpigeia u Hoern vs Il-Kummissjoni (T-466/11), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 8274 finali, tal-1 ta’ Diċembru 2010, li taċċetta l-impenji offruti mir-Repubblika Ellenika inkambju tal-miżuri imposti mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha C(2008) 3118 finali, tat-2 ta’ Lulju 2008, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Elleniċi favur l-Ellinika Nafpigeia (Hellenic Shipyards, “HSY”), fil-kuntest tal-emendi fil-pjan ta’ investiment inizjali relatat mar-ristrutturazzjoni ta’ din it-tarzna [Għajnuna mill-Istat C 16/2004 (ex NN29/2004, CP 71/2002 u CP 133/2005)]
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ellinika Nafpigeia AE u 2. Hoern Beteiligungs GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 55, 23.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy