KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
JÄÄSKINEN
ippreżentati fit-8 ta’ Mejju 2014 ( 1 )
Kawżi magħquda C‑401/12P sa C‑403/12P
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Il-Parlament Ewropew
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Vereniging Milieudefensie u
Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht
“Appell — Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus — Artikolu 2(1)(g) u Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Talba għal eżami mill-ġdid intern — Inammissibbiltà — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Stħarriġ tal-validità tad-dritt derivat tal-Unjoni fir-rigward ta’ ftehim internazzjonali — Ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi Fediol vs Il-Kummissjoni u Nakajima vs Il-Kunsill — Kundizzjonijiet għall-invokabbiltà diretta tar-regoli ta’ konvenzjoni”
Werrej
I – Introduzzjoni
II – Il-fatti li wasslu għall-kawża u s-sentenza appellata
III – It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
IV – Fuq il-bażi tal-istħarriġ tal-legalitŕ tar-regoli tad-dritt derivat fid-dawl tad-dritt internazzjonali tal-konvenzjonijiet (l-ewwel aggravju tal-appelli)
A – L-argumenti tal-partijiet
B – Fuq l-effetti tad-dritt internazzjonali fid-dritt tal-Unjoni
C – Fuq is-sentenza appellata
V – Fuq is-soluzzjoni alternattiva għall-finijiet tal-istħarriġ tal-legalità — ġustifikazzjoni tar-rinviju tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali
A – Fuq l-invokabbiltà diretta tar-regoli ta’ konvenzjoni għall-finijiet tal-istħarriġ tal-legalità tad-dritt derivat tal-Unjoni
1. Fuq “l-effett dirett” bħala kundizzjoni għall-istħarriġ tal-legalità
2. Fuq l-adattament tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-invokabbiltà diretta
B – L-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus bħala regola ta’ referenza għall-finijiet tal-istħarriġ tal-legalità
VI – Analiżi sussidjarja rigward l-istħarriġ tal-legalitŕ
A – Osservazzjonijiet preliminari
B – Argumenti żviluppati mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tieni aggravju
C – Fuq l-eżistenza ta’ stħarriġ tal-ksur tad-dritt dwar l-ambjent fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Ĺrhus
D – Fuq il-portata tal-istħarriġ tal-ksur tad-dritt dwar l-ambjent fir-Regolament ta’ Århus
E – Riflessjonijiet kumplimentari
VII – Fuq l-appell inċidentali
VIII – Konklużjoni
I – Introduzzjoni
1.
Din is-serje ta’ appelli tqajjem kwistjonijiet fundamentali għas-sistema legali tal-Unjoni Ewropea. Effettivament, peress li tirrigwarda interessi ta’ natura kostituzzjonali, hija tirrifletti tensjoni bejn, minn naħa, in-neċessità li tiġi ppreżervata l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, il-volontà ta’ konformità ma’ impenji internazzjonali li jirriżultaw minn ftehimiet li l-Unjoni tagħmel parti minnhom.
2.
In-natura speċifika ta’ dawn il-kawżi tinsab fil-fatt li l-konvenzjoni internazzjonali inkwistjoni, jiġifieri l-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Århus”), approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 ( 2 ) hija intiża, fost l-oħrajn, biex toħloq drittijiet proċedurali speċjali favur l-organizzazzjonijiet ta’ ħarsien tal-ambjent sabiex jitħares, fl-interess ġenerali, l-ambjent, li jitqies li huwa ġid komuni. Din is-sitwazzjoni b’hekk tmur lil hinn mid-dikotomija bejn is-suġġetti pubbliċi u l-individwi, li tikkostitwixxi l-priżma li tintuża tradizzjonalment fl-analiżi tal-effetti interni tal-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjoni ( 3 ).
3.
Fil-kuntest partikolari tal-Konvenzjoni ta’ Århus, il-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk hija mitluba tikkunsidra mill-ġdid il-kundizzjonijiet ta’ invokabbiltà ( 4 ) tad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali li joħroġ minn konvenzjonijiet quddiem il-qrati tal-Unjoni fil-kuntest tal-kontenzjuż tal-annullament għall-finijiet tal-istħarriġ tal-legalità tad-dritt derivat tal-Unjoni.
4.
Din is-serje ta’ kawżi toriġina mit-tqabbil ta’ żewġ dispożizzjonijiet, li waħda minnhom toħroġ minn konvenzjoni internazzjonali u l-oħra mid-dritt derivat tal-Unjoni li l-għan tiegħu huwa li jimplementa l-konvenzjoni inkwistjoni.
5.
Fil-fatt, l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, dwar l-“aċċess għall-ġustizzja”, jipprovdi li “mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta’ rikors imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 iktar ’il fuq, kull Parti għandha tara li l-membri tal-pubbliku li jissodisfaw l-eventwali kriterji previsti mid-dritt nazzjonali tagħha jkunu jistgħu jibdew proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji sabiex jikkontestaw l-atti jew omissjonijiet minn individwi jew minn awtoritajiet pubbliċi li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar l-ambjent” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-portata ta’ dik id-dispożizzjoni hija ppreċiżata fil-paragrafu 4 ta’ dak l-istess artikolu, li jeżiġi, b’mod partikolari, li l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3 joffru rimedji suffiċjenti u effettivi, inkluż rimedju permezz ta’ inġunzjoni jekk ikun hemm lok għal dan, u jkunu ġusti, ekwi u veloċi mingħajr ma jkunu jinvolvu spejjeż projbittivi.
6.
L-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u għall-korpi tal-Unjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Århus hija rregolata permezz tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 ( 5 ) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament ta’ Århus”). Skont l-Artikolu 10(1) tal-imsemmi regolament, dwar il-proċedura ta’ “reviżjoni [eżami mill-ġdid] interna ta’ l-atti amministrattivi”, “[k]walunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11 [ ( 6 )] għandha d-dritt li tagħmel talba għal reviżjoni [eżami mill-ġdid] interna lill-istituzzjoni jew korp tal-Komunità li adottaw att amministrattiv taħt xi liġi ambjentali jew, f’każ ta’ allegazzjoni ta’ ommissjoni amministrattiva, li kellhom jadottaw tali att”. Min-naħa l-oħra, il-kunċett ta’ “att amministrattiv” għall-finijiet ta’ dan ir-regolament huwa ddefinit fl-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament ta’ Århus, bħala “kwalunkwe miżura ta’ ambitu individwali taħt il-liġi ambjentali, meħuda minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità, u li għandha effetti esterni u li jorbtu legalment”. Il-leġiżlatur tal-Unjoni b’hekk eskluda l-atti ta’ portata ġenerali mill-kamp tal-kontroll li jista’ jinbeda mill-organizzazzjonijiet ta’ ħarsien tal-ambjent.
7.
Fis-sentenza tal-14 ta’ Ġunju 2012, Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni (T‑396/09, EU:T:2012:301, iktar ’il quddiem “is-sentenza appellata”) il-Qorti Ġenerali pproċediet għal stħarriġ tal-legalità tar-Regolament ta’ Århus fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Århus billi bbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi Fediol vs Il-Kummissjoni u Nakajima vs Il-Kunsill dwar id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ (iktar ’il quddiem il-“GATT”) u tal-ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar ’il quddiem il-“ftehim tad-WTO” ( 7 ).
8.
Għalkemm għal din ir-raġuni, jidhirli li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata bi żball ta’ liġi li għandu jwassal għall-annullament tagħha, jibqa’ l-fatt li l-aspett essenzjali ta’ dan l-iżball jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ invokabbiltà tar-regoli ta’ konvenzjoni stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, li ma jidhrux li jikkostitwixxu unità totalment koerenti. Skont din il-ġurisprudenza, sabiex tkun tista’ tikkostitwixxi kriterju ta’ validità ta’ att tad-dritt tal-Unjoni, regola ta’ konvenzjoni għandha tkun b’mod partikolari inkundizzjonata u preċiża biżżejjed, u għandha jkollha effett dirett ( 8 ). Billi pprovat, ġustament, issib soluzzjoni li tippermetti li tiġi vverifikata l-konformità tar-Regolament ta’ Århus mal-Konvenzjoni ta’ Århus, il-Qorti Ġenerali b’mod ċar ipprovat tevita dik il-kundizzjoni ( 9 ). Min-naħa tiegħi, jidhirli li l-messaġġ mogħti b’dan il-mod mill-Qorti Ġenerali għandu jinftiehem b’attenzjoni.
9.
Għaldaqstant, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mal-analiżi tiegħi tal-iżball imwettaq mill-Qorti Ġenerali, hija jkollha l-għażla segwenti. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollha l-ebda dubju, ikun possibbli li tkompli timxi mal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza Intertanko ( 10 ), li tissuġġetta l-possibbiltà ta’ stħarriġ tal-validità għall-kriterju tal-effett dirett, u li b’hekk tagħlaq b’mod definittiv il-mezzi ta’ stħarriġ tal-legalità tad-dritt intern li jimplementa l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak tal-Istati Membri.
10.
Madankollu, għar-raġunijiet li ser insemmi, jidhirli li huwa preferibbli li jintgħażel adattament mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kundizzjonijiet ta’ invokabbiltà, b’mod partikolari bħall-approċċ adottat fis-sentenza “Biotech” ( 11 ) li eskludiet b’mod espliċitu li l-effett dirett kien kundizzjoni universali tal-invokabbiltà fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità.
11.
Għaldaqstant, anki fl-ipoteżi ta’ rinviju tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, il-fatt li l-kundizzjonijiet ta’ invokabbiltà jsiru inqas stretti jippermettilha li tiżgura bażi xierqa, minkejja li, meta adotta r-Regolament ta’ Århus, il-leġiżlatur Komunitarju ta lill-individwi livell ta’ protezzjoni ġudizzjarja suffiċjenti fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Århus.
II – Il-fatti li wasslu għall-kawża u s-sentenza appellata
12.
Il-kawżi oriġinaw minn deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ April 2009 ( 12 ), li permezz tagħha hija tat lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi deroga temporanja mill-obbligi previsti mid-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja u arja iktar nadifa għall-Ewropa ( 13 ) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ deroga”).
13.
B’ittra tat-18 ta’ Mejju 2009, il-Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht (iktar ’il quddiem l-“organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent”) ippreżentaw quddiem il-Kummissjoni talba għal eżami mill-ġdid intern tad-deċiżjoni ta’ deroga, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Århus. Permezz tad-deċiżjoni tagħha C(2009) 6121, tat-28 ta’ Lulju 2009 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ inammissibbiltà”), il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba bħala inammissibbli abbażi tal-fatt li d-deċiżjoni ta’ deroga ma kinitx miżura ta’ portata individwali u li b’hekk ma setgħetx tkun suġġetta għall-proċedura ta’ eżami mill-ġdid intern prevista fir-Regolament ta’ Århus. L-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent għaldaqstant ippreżentaw rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.
14.
Fis-sentenza appellata, wara li ċaħdet il-motiv tal-organizzazzjonijiet li permezz tiegħu huma argumentaw li d-deċiżjoni ta’ deroga għandha tiġi kklassifikata bħala miżura individwali, il-Qorti Ġenerali laqgħet eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma mill-imsemmija organizzazzjonijiet kontra l-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Århus moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(g) tal-istess regolament, li tallega li dawk id-dispożizzjonijiet ma humiex kompatibbli mal-Konvenzjoni ta’ Århus. Konsegwentement, fuq talba tal-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni ta’ inammissibbiltà.
15.
Għal deskrizzjoni dettaljata tal-fatti u tal-proċedura li minnha oriġinat il-kawża, isir riferiment għall-preżentazzjoni li tinsab fis-sentenza appellata.
III – It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
16.
Bl-appell tiegħu, ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2012 (Kawża C‑401/12 P), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, tiċħad ir-rikors tar-rikorrenti kollu kemm hu u tikkundanna lir-rikorrenti in solidum għall-ispejjeż.
17.
Permezz tal-appell tiegħu, ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2012 (Kawża C‑402/12 P), il-Parlament Ewropew jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, tiċħad ir-rikors fil-mertu u tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.
18.
Permezz tal-appell tagħha, ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2012 (Kawża C‑403/12 P), il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, tiddeċiedi l-kawża fil-mertu u tiċħad ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ inammissibbiltà, kif ukoll tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fl-ewwel istanza u fil-kuntest ta’ dan l-appell.
19.
Il-Kawżi C‑401/12 P, C‑402/12 P u C‑403/12 P ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u dik orali kif ukoll għall-finijiet tas-sentenza b’digriet tal-president tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Novembru 2012.
20.
Fil-25 ta’ Frar 2012, l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent ippreżentaw risposta għall-appell. Wara t-talba għal regolarizzazzjoni fl-1 ta’ Marzu 2012, l-imsemmija partijiet ippreżentaw appell inċidentali skont l-Artikolu 176(2) tar-Regoli tal-Proċedura.
21.
Il-Kunsill, il-Parlament, il-Kummissjoni, l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent kif ukoll il-Gvern Ċek ( 14 ) instemgħu fis-seduta li saret fl-10 ta’ Diċembru 2013.
IV – Fuq il-bażi tal-istħarriġ tal-legalità tar-regoli tad-dritt derivat fid-dawl tad-dritt internazzjonali tal-konvenzjonijiet (l-ewwel aggravju tal-appelli)
A – L-argumenti tal-partijiet
22.
Permezz tal-ewwel motivi tagħhom, il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni essenzjalment isostnu li l-ebda stħarriġ tal-validità tar-Regolament ta’ Århus ma jista’ jsir f’din il-kawża, minħabba l-assenza ta’ effett dirett tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus kif rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Lesoochranárske zoskupenie ( 15 ) kif ukoll fid-dawl li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex ikun jista’ jsir stħarriġ tal-legalità ta’ atti tad-dritt derivat kienu ta’ natura eċċezzjonali. Għaldaqstant, huma jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta eskludiet l-approċċ li jirriżulta mis-sentenza Lesoochranárske zoskupenie, u billi bbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi Fediol vs Il-Kummissjoni u Nakajima vs Il-Kunsill ( 16 ), li tiftaħ il-possibbiltà ta’ stħarriġ tal-legalità tal-atti tad-dritt derivat f’każijiet eċċezzjonali.
23.
F’dan ir-rigward, l-appellanti jaqblu li peress li l-eċċezzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv ( 17 ), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Århus fi kwalunkwe każ ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ġurisprudenza Fediol vs Il-Kummissjoni u Nakajima vs Il-Kunsill.
24.
Skont il-Kunsill, is-sentenza Fediol vs Il-Kummissjoni tirrigwarda l-każ fejn att tal-Unjoni jirreferi b’mod espliċitu għal dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ ftehim internazzjonali. Dan ma huwiex il-każ tar-Regolament ta’ Århus inkwantu s-sempliċi riferiment, b’att ta’ dritt derivat, għal strument internazzjonali, ma huwiex biżżejjed biex jiġġustifika li dan jista’ jkun suġġett għal stħarriġ ġudizzjarju fid-dawl ta’ dan l-istrument. Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tibbaża ruħha fuq is-sentenza Nakajima vs Il-Kunsill li tirrigwarda sitwazzjoni differenti fejn l-att tad-dritt tal-Unjoni huwa intiż sabiex jeżegwixxi obbligu “partikolari” tal-ftehim internazzjonali.
25.
Il-Parlament jaqbel ma’ din l-analiżi tas-sentenza Fediol vs Il-Kummissjoni. F’dak li għandu x’jaqsam mas-sentenza Nakajima vs Il-Kunsill, il-Parlament jenfasizza li din il-ġurisprudenza għandha kamp ta’ applikazzjoni ferm limitat ( 18 ) u tirrigwarda l-każ fejn l-Unjoni tkun trid “teżegwixxi obbligu partikolari”. B’hekk għall-Unjoni ma hijiex kwistjoni li tikkonforma mal-obbligi internazzjonali b’mod ġenerali meta hija jkollha diskrezzjoni wiesgħa fil-mod kif tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt ftehim internazzjonali partikolari ( 19 ), iżda li teżegwixxi ftehim li jimponi obbligu pożittiv fuq l-Unjoni li taġixxi b’mod partikolari fejn hija ma jkollha l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni ( 20 ).
26.
Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni żżid li s-sentenza Nakajima vs Il-Kunsill toriġina mill-kawżi antidumping u li din ġiet applikata fil-prattika, fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kważi esklużivament f’każijiet ta’ stħarriġ, b’mod inċidentali, tal-konformità tar-regolamenti antidumping tal-Unjoni mad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi antidumping tal-GATT tal-1979 u tal-1994. Skont il-Kummissjoni, ma huwiex possibbli li din is-sentenza tiġi interpretata fis-sens li tirreferi għall-każijiet kollha fejn l-Unjoni tadotta miżura biex tosserva l-obbligi tagħha fil-kuntest ta’ konvenzjonijiet internazzjonali.
27.
Fir-risposta għall-appelli, l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja “tikkonferma s-sentenza appellata, billi tikkoreġi jew ma tikkoreġix il-motivi li fuqhom hija bbażata; li tiċħad l-appelli ppreżentati mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament fl-elementi kollha tagħhom”. Huma jqisu li n-natura u l-iskop tal-Konvenzjoni ta’ Århus ma jeskludux stħarriġ tal-validità u li l-kundizzjonijiet tas-sentenza Fediol vs Il-Kummissjoni huma sodisfatti f’din il-kawża, inkwantu fir-regolament Århus hemm diversi referenzi għal din il-konvenzjoni.
B – Fuq l-effetti tad-dritt internazzjonali fid-dritt tal-Unjoni
28.
Intqal li sabiex wieħed jifhem u jevalwa l-attitudnijiet tal-qrati nazzjonali fil-konfront tal-ftehimiet internazzjonali, wieħed għandu jippenetra sal-bażijiet kostituzzjonali tal-Istat ( 21 ). Dan ir-rekwiżit huwa applikabbli a fortiori f’dawn il-kawżi għaliex il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tippreċiża r-regoli ta’ referenza applikabbli għall-istħarriġ tal-legalità tal-effetti interni tal-Konvenzjoni ta’ Århus fis-sistema legali tal-Unjoni, filwaqt li għal għexieren ta’ snin il-ġurisprudenza dwar ir-relazzjonijiet bejn id-dritt internazzjonali u d-dritt tal-Unjoni stabbilixxiet il-prinċipji li l-applikazzjoni tagħhom spiss tqajjem domandi.
29.
Kif diġà indikajt, jiena tal-fehma li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta applikat għal din il-kawża l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi Fediol vs Il-Kummissjoni u Nakajima vs Il-Kunsill, peress li dawk is-sentenzi jipprevedu eċċezzjoni limitata stabbilita fil-kuntest tal-ġurisprudenza dwar il-ftehim tal-GATT u dak tad-WTO, u mhux approċċ ġenerali fir-rigward tal-istħarriġ tal-legalità tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu sabiex tiġi spjegata din it-teżi, huwa neċessarju li jiġi analizzat l-iżvilupp tal-ġurisprudenza dwar l-effetti interni tal-obbligi tad-dritt internazzjonali fid-dritt tal-Unjoni. Minn dan jirriżulta li, bħal siġra, il-ġurisprudenza żviluppat, matul is-snin, billi segwiet bosta fergħat, li madankollu huma magħquda ma’ “zokk komuni” li jikkostitwixxi l-prinċipju tal-moniżmu.
1. Iz-zokk komuni monist
30.
Minn perspettiva ġenerali, jidher li ġie stabbilit wara s-sentenza Haegeman mogħtija fl-1974 ( 22 ), li approċċ monist huwa l-bażi tal-Artikolu 216 TFUE [li qabel kien l-Artikolu 300(7)KE], li jipprovdi li “ftehim konkluż mill-Unjoni jorbot lill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u lill-Istati Membri” ( 23 ), li jimplika “l-inkorporazzjoni awtomatika” ( 24 ), b’mod li l-ftehimiet internazzjonali jagħmlu parti, minnhom infushom, mis-sorsi tad-dritt tal-Unjoni.
31.
Permezz tas-sentenza Kupferberg mogħtija fl-1982 ( 25 ), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat l-inkorporazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali fis-sistema legali Komunitarja, filwaqt li enfasizzat li “l-effetti, fil-Komunità, tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim internazzjonali ma jistgħux jiġu ddeterminati mingħajr ma titqies l-oriġini internazzjonali tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni”, u li, “b’mod konformi mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali, il-partijiet kontraenti jistgħu jiftiehmu dwar l-effetti li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim għandhom jipproduċu fis-sistema interna tal-partijiet kontraenti” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-istituzzjonijiet kompetenti sabiex jinnegozjaw u jikkonkludu ftehim ma’ pajjiż terz huma liberi li jiftiehmu dwar l-effetti li d-dispożizzjonijiet għandhom jipproduċu fis-sistema interna. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-kompitu li tiddeċiedi l-kwistjoni biss jekk din il-kwistjoni ma tkunx irregolata mill-ftehim ( 26 ).
32.
Skont l-approċċ monist, id-dispożizzjonijiet ta’ konvenzjoni b’hekk jipproduċu effetti fis-sistema legali tal-Unjoni anki fl-assenza ta’ kwalunkwe att leġiżlattiv jew regolatorju adottat għall-finijiet tal-implementazzjoni tagħhom ( 27 ). Kif iddikjara fil-qosor l-Avukat Ġenerali Rozès fil-Kawża Polydor, ir-regolament li japprova l-ftehim internazzjonali b’hekk għandu biss valur strumentali ( 28 ). Ġurisprudenza abbondanti sussegwenti tikkonferma li d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali jagħmlu parti mid-dritt tal-Unjoni, inkluż meta d-dispożizzjonijiet tagħhom ma jkunux jikkostitwixxu regoli ta’ referenza għall-finijiet tal-istħarriġ tal-legalità tad-dritt derivat ( 29 ).
33.
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li huwa preċiżament minħabba l-prinċipju tal-moniżmu li qamet il-kwistjoni tal-invokabbiltà tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni li jgħid li l-ftehimiet internazzjonali huma ġerarkikament superjuri għall-atti kollha tad-dritt derivat ( 30 ). Fil-fatt, il-ġurisprudenza tirrikonoxxi li l-Artikolu 216(2) TFUE jista’ jikkostitwixxi l-bażi biex tiġi invalidata dispożizzjoni tad-dritt derivat li tkun inkompatibbli mad-dritt internazzjonali. Taħt id-dritt tal-Unjoni, din is-supremazija ma testendix għad-dritt primarju u, b’mod partikolari, għall-prinċipji ġenerali u għad-drittijiet fundamentali ( 31 ).
34.
Fir-rigward tal-ipoteżi tal-istħarriġ tal-legalità ta’ att tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ dispożizzjoni tad-dritt internazzjonali, kien fis-sentenza International Fruit Company et tal-1972 li l-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-kompetenza tagħha għall-finijiet ta’ stħarriġ tal-validità fil-kuntest ta’ rinviju preliminari kienet testendi għall-motivi kollha ta’ invalidità tal-atti tad-dritt derivat u li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha teżamina jekk il-validità tal-imsemmija atti setgħetx tiġi affettwata mill-fatt li dawn imorru kontra regola tad-dritt internazzjonali ( 32 ), waqt li huwa meħtieġ li l-kundizzjoni ta’ effett dirett tkun sodisfatta quddiem il-qorti nazzjonali.
35.
Finalment, is-supremazija tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni fuq l-atti tad-dritt derivat teżiġi wkoll li dawn l-atti jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, b’mod konformi mal-imsemmija ftehimiet ( 33 ).
36.
Għall-finijiet ta’ din il-kawża, għandu jiġi enfasizzat li l-approċċ monist, li jimplika inkorporazzjoni awtomatika tad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali jikkostitwixxi r-regola bażika li tippermetti li tinftiehem ir-relazzjoni bejn id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali ( 34 ). Madankollu, din ir-relazzjoni stretta teħtieġ attitudni prudenti f’isem l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni, li l-eżempju l-iktar sinjifikattiv tagħha hija r-rifjut min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrikonoxxi li d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet tal-GATT u tad-WTO għandhom effett dirett ( 35 ), li kieku kien jippermetti li jiġu invokati.
2. L-ewwel fergħa dualistika (ġurisprudenza GATT/WTO)
37.
Għalkemm id-distinzjoni bejn il-moniżmu u d-dualiżmu tirrappreżenta simplifikazzjoni li taħbi d-differenzi importanti bejn is-sistemi li jagħmlu parti minn xi kamp jew ieħor ( 36 ), jibqa’ l-fatt li karatteristika tad-dualiżmu tinsab fil-fatt li d-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali li jirriżultaw minn konvenzjoni ma humiex applikabbli direttament għal-livell nazzjonali, għaliex l-effetti ġuridiċi tagħhom fis-sistema legali interna jiddependu minn atti leġiżlattivi jew regolatorji interni intiżi biex tiġi żgurata l-implementazzjoni (trasformazzjoni) tagħhom. Min-naħa l-oħra, huwa minħabba l-eżistenza ta’ sors internazzjonali li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet interni inkwistjoni hija rregolata permezz tal-prinċipju ta’ “treaty friendly interpretation” sabiex kemm jista’ jkun jiġu evitati kunflitti bejn id-dispożizzjoni nazzjonali u obbligu li jirriżulta minn konvenzjoni. Dan kien l-approċċ essenzjalment applikat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil- ġurisprudenza dwar il-ftehimiet tal-GATT u tad-WTO ( 37 ), mingħajr madankollu ma ammettiet li tbiegħdet mill-moniżmu bħala prinċipju bażiku.
38.
B’hekk, b’risposta għall-istedina mill-Avukat Ġenerali tagħha Mayras, li kien argumenta favur koerenza bejn ftehimiet internazzjonali u l-atti tal-istituzzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-kawża International Fruit Company et iċċitata iktar ’il fuq, li l-validità ta’ dawn tal-aħħar setgħet tiġi evalwata “fid-dawl ta’ dispożizzjoni tad-dritt internazzjonali meta dik id-dispożizzjoni tkun torbot lill-Komunità u tkun tali li tagħti dritt ta’ rimedju ġudizzjarju lill-persuni” ( 38 ). F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ddeċidiet li l-Artikolu XI tal-ftehim tal-GATT ma kienx jipproduċi tali effett.
39.
Il-ġurisprudenza adottata b’dan il-mod tikkonferma n-natura partikolari tal-ftehimiet tal-GATT u tad-WTO ( 39 ), rigward, minn naħa, il-fatt li huma bbażati fuq il-prinċipju ta’ negozjati mwettqa fuq “bażi ta’ reċiproċità u ta’ vantaġġi reċiproki” u, min-naħa l-oħra, il-pożizzjoni tal-Komunità fiż-żmien meta ġew adottati ( 40 ).
40.
Fil-fatt, huwa stabbilit li l-ftehimiet tad-WTO ma jinkludu l-ebda referenza għall-istatus tal-ftehimiet fis-sistema legali interna tal-Istati firmatarji. B’mod differenti mis-sitwazzjoni prevalenti fid-dritt tal-Unjoni wara l-affermazzjoni tal-prinċipju li jinsab fis-sentenza Van Gend en Loos, il-ftehimiet tal-GATT u tad-WTO ma ħolqux sistema legali ġdida li tinkludi lill-partijiet kontraenti jew lill-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom ( 41 ). Għaldaqstant, is-sistema tal-ftehimiet tad-WTO tagħti drittijiet lill-individwi biss permezz tas-soluzzjonijiet adottati mill-membri tad-WTO u bl-ebda mod ma tobbliga lill-qrati nazzjonali biex ma japplikawx dispożizzjoni li tmur kontra r-regoli tad-WTO ( 42 ).
41.
Fir-rigward tal-GATT, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat b’mod ċar li l-imsemmi ftehim ma setax jiġi invokat minn individwu quddiem il-qrati tal-Komunità sabiex jikkontesta l-validità ta’ miżura Komunitarja ( 43 ). Il-ftehim tal-GATT kien ikkaratterizzat minn flessibbiltà tad-dispożizzjonijiet tiegħu, fid-dawl tas-sistema mhux vinkolanti tas-soluzzjoni ta’ tilwim, kif ukoll mill-possibbiltà ta’ eżenzjoni mill-obbligi tal-ftehim meta tkun ġiet ikkawżata jew ikun hemm riskju li tiġi kkawżata ħsara minħabba impenji awtorizzati fil-kuntest tal-GATT.
42.
Fir-rigward tal-ftehimiet tad-WTO, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fl-ewwel lok, li dawn il-ftehimiet ma jiddeterminawx il-motivi legali xierqa sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni tagħhom in bona fede fis-sistema legali interna tal-membri tad-WTO ( 44 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li s-sistema ta’ soluzzjoni tat-tilwim kienet tagħti importanza lin-negozjati bejn il-partijiet. Din b’hekk tippermetti lil membru li jkun adotta miżuri inkompatibbli mar-regoli tad-WTO, li jirrikorri għal kumpens reċiproku, minflok ma jirtira l-miżuri inkwistjoni. L-invalidazzjoni ta’ miżura li tmur kontra l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehimiet tad-WTO twassal biex il-korpi leġiżlattivi jew eżekuttivi tal-partijiet kontraenti jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jsibu soluzzjonijiet innegozjati. Il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha wkoll fuq kunsiderazzjonijiet ta’ reċiproċità marbuta mar-rifjut min-naħa tal-imsieħba kummerċjali tal-Komunità li jissuġġettaw ruħhom għal stħarriġ tal-legalità tad-dritt intern tagħhom abbażi tal-ftehim tad-WTO ( 45 ).
43.
Il-Qorti tal-Ġustizzja żammet b’mod strett mal-approċċ tagħha billi eskludiet il-possibbiltà li individwu jinvoka ksur tar-regoli tad-WTO f’azzjoni għad-danni, anki fil-każ fejn l-att ikkontestat ikun ġie kkundannat mill-Korp għas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO ( 46 ). Din il-ġurisprudenza timplika wkoll li r-rikorrenti pprivileġġati stess ma jistgħux jitolbu l-istħarriġ tal-legalità ( 47 ). Dan l-approċċ madankollu ma waqqafx lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tistabbilixxi nuqqas relatat man-nuqqas ta’ osservazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-GATT ( 48 ).
44.
Madankollu dan kollu ma jqiegħedx f’dubju r-regola fundamentali li tistabbilixxi li l-ftehim tal-GATT u l-ftehimiet tad-WTO jagħmlu parti mid-dritt Komunitarju u b’hekk jorbtu fil-prinċipju lill-Komunità ( 49 ). B’hekk, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-regoli tad-WTO (f’dan il-każ il-ftehimiet TRIPS) huma, bħala parti integrali mis-sistema legali Komunitarja, regoli ta’ referenza fl-interpretazzjoni tal-atti tad-dritt tal-Unjoni ( 50 ).
3. Konsegwenza tal-ewwel fergħa (ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi Fediol vs Il-Kummissjoni u Nakajima vs Il-Kunsill)
45.
Fid-dawl tan-natura restrittiva tal-ġurisprudenza ġenerali dwar l-effetti tal-ftehimiet tal-GATT u WTO, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet eċċezzjoni ( 51 ), magħrufa wkoll bl-isem ta’ “prinċipju ta’ implementazzjoni” ( 52 ), li abbażi tagħha l-qrati Komunitarji jistgħu jistħarrġu l-legalità ta’ att tad-dritt derivat fid-dawl tar-regoli tad-WTO, fosthom il-GATT, meta “il-Komunità tkun riedet teżegwixxi obbligu partikolari li hija tkun assumiet fil-kuntest tad-WTO, jew f’każ fejn l-att Komunitarju jirreferi espressament għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-ftehimiet WTO” ( 53 ).
46.
Fil-Kawża Fediol vs Il-Kummissjoni, ir-rikorrenti kkontestat il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċaħdet l-ilment tagħha biex tinfetaħ proċedura ta’ eżami kontra prattiki kummerċjali tal-Arġentina. Għal dak il-għan, hija bbażat ruħha fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2641/84, tas-17 ta’ Settembru 1984, dwar it-tisħiħ tal-politika kummerċjali komuni, b’mod partikolari fil-qasam tad-difiża kontra l-prattiki kummerċjali illeċiti ( 54 ) u żiedet li l-imsemmija prattiki kienu jmorru wkoll kontra diversi dispożizzjonijiet tal-GATT ( 55 ). Fil-Kawża Nakajima vs Il-Kunsill, ir-rikorrenti invokat, abbażi tal-Artikolu 184 KEE, l-inapplikabbiltà tad-dispożizzjonijiet ta’ regolament antidumping billi argumentat, b’mod partikolari, li dan ir-regolament kien imur kontra ċerti dispożizzjonijiet tal-kodiċi antidumping tal-GATT.
47.
Kif jirriżulta mis-sentenza Van Parys ( 56 ), l-imsemmija sentenzi jirrappreżentaw l-uniċi żewġ eċċezzjonijiet mir-regola ġenerali, eċċezzjonijiet speċifiċi għall-qasam tal-ftehimiet tal-GATT u WTO, fid-dawl tan-natura u tal-istruttura tagħhom, li huma bbażati fuq il-prinċipji ta’ negozjati u ta’ reċiproċità, kif ukoll tal-ħtieġa li tiġi ppreżervata d-diskrezzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
48.
Huwa fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq li għandu jiġi eżaminat l-ewwel aggravju ta’ dawn l-appelli.
C – Fuq is-sentenza appellata
49.
Qabel kollox, ninnota li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali li jinsab fil-punti 55 sa 57 tas-sentenza appellata huwa bbażat prinċipalment fuq waħda mill-eċċezzjonijiet żviluppati fil-kuntest tal-ftehimiet tal-GATT u WTO, jiġifieri l-ġurisprudenza Nakajima vs Il-Kunsill, peress li r-referenza għas-sentenza Fediol vs Il-Kummissjoni hija biss sussidjarja, jew ta’ natura purament redazzjonali ( 57 ). Effettivament, jidhirli li l-punt 58 tas-sentenza appellata jikkostitwixxi espożizzjoni tal-ġustifikazzjoni tal-affermazzjoni li tinsab fl-ewwel sentenza, li tgħid li r-Regolament ta’ Århus ġie adottat sabiex jiġu sodisfatti l-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus.
50.
Konsegwentement, fir-rigward tar-rifjut oppost mill-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Lesoochranárske zoskupenie (EU:C:2011:125), li tirrikonoxxi xi effett dirett għall-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, u peress li dan ir-rifjut kien jidher li jeskludi kull possibbiltà ta’ stħarriġ tal-legalità tad-dritt derivat fir-rigward ta’ dispożizzjoni ta’ konvenzjoni, il-Qorti Ġenerali għażlet li tapplika eċċezzjoni relatata mal-“implementazzjoni” ta’ ftehim internazzjonali bbażata fuq is-sentenza Nakajima vs Il-Kunsill iċċitata iktar ’il fuq.
51.
B’dan il-mod, fil-fehma tiegħi, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li mmanifesta ruħu fuq żewġ livelli.
52.
Fl-ewwel livell, l-iżball inkwistjoni jikkonsisti fl-għoti ta’ portata universali lil ġurisprudenza dwar il-ftehimiet tal-GATT u WTO. B’dan il-mod, l-iżball jinsab fit-traspożizzjoni ta’ ġurisprudenza dwar il-ftehimiet speċifiċi, li huma kkaratterizzati, kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet preċedenti, minn loġika u sistema legali speċifika, għal qasam fundamentalment distint, jiġifieri dak tal-Konvenzjoni ta’ Århus , bl-għan li jsir stħarriġ tal-legalità tad-dritt derivat tal-Unjoni fid-dawl tal-imsemmija Konvenzjoni. Fil-fehma tiegħi, huwa eskluż li jiġi applikat ir-raġunament li mmotiva l-imsemmija ġurisprudenza għal oqsma legali oħrajn ( 58 ).
53.
Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tenfasizza n-natura partikolari tar-regoli applikabbli fi ħdan il-ftehimiet tal-GATT u tad-WTO meta mqabbla ma’ dawk li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali oħrajn, bħal, b’mod partikolari, il-Konvenzjoni għall-prevenzjoni tat-tniġġis mill-bastimenti ( 59 ) u l-Konvenzjoni dwar id-diversità bijoloġika ( 60 ) sabiex tiddeduċi l-impossibbiltà li jiġu trasposti dawk ir-regoli barra mill-kuntest tagħhom. B’dan il-mod, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-esklużjoni tal-istħarriġ tal-legalità ta’ att Komunitarju fid-dawl tal-ftehimiet WTO/TRIPS/OTK ma tistax tiġi applikata għal konvenzjoni li, b’mod differenti mill-ftehim WTO, ma hijiex ibbażata strettament fuq il-prinċipju tar-reċiproċità u tal-vantaġġi reċiproċi ( 61 ).
54.
Korrelattivament, fit-tieni livell, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta pprovat tiġġustifika l-istħarriġ tal-legalità abbażi ta’ eċċezzjoni stabbilita permezz tas-sentenza Nakajima vs Il-Kunsill, meta l-imsemmija sentenza tirrappreżenta konsegwenza tal-ġurisprudenza fi ħdan il-ġurisprudenza dwar il-ftehimiet tal-GATT u tad-WTO, partikolari għal dak il-qasam ġuridiku.
55.
Fil-fatt, kif fakkret il-Qorti Ġenerali fis-sentenza Chiquita Brands et, ir-regola li ħarġet mis-sentenza Nakajima vs Il-Kunsill hija intiża, fuq bażi eċċezzjonali, biex tippermetti lill-individwu jinvoka, b’mod inċidentali, ksur mill-Komunità jew mill-istituzzjonijiet tagħha tar-regoli tal-GATT jew tal-ftehimiet tad-WTO. Bħala eċċezzjoni mill-prinċipju li l-individwi ma jistgħux jinvokaw direttament id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet tad-WTO quddiem il-qorti Komunitarja, din ir-regola hija interpretata b’mod restrittiv ( 62 ). Jidhirli li tali definizzjoni tal-portata tagħha teskludi kull possibbiltà li din tiġi invokata barra mill-kamp tar-regoli tal-ftehimiet tal-GATT u tad-WTO. Għaldaqstant ma hemmx lok li jiġi eżaminat jekk l-eċċezzjonijiet inkwistjoni ġewx applikati b’mod korrett f’din il-kawża.
56.
Għaldaqstant, nipproponi li jintlaqa’ l-ewwel aggravju tal-appelli u li tiġi annullata s-sentenza appellata inkwantu laqgħet it-tieni motiv fl-ewwel istanza u pproċediet għall-istħarriġ tal-legalità abbażi tal-ġurisprudenza li toħroġ mis-sentenzi Fediol vs Il-Kummissjoni u Nakajima vs Il-Kunsill.
57.
Għar-raġunijiet li ġejjin u li ma setgħux jiġu dibattuti bejn il-partijiet, ma jidhirx li l-kawża tinsab fi stat li tiġi deċiża fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali. Jekk, min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tagħti deċiżjoni għal din il-kawża abbażi tas-sentenza Intertanko et (EU:C:2008:312), li fuqha huma bbażati l-appelli, ma jibqax neċessarju li tiġi rrinvijata l-kawża.
V – Fuq is-soluzzjoni alternattiva għall-finijiet tal-istħarriġ tal-legalità — ġustifikazzjoni tar-rinviju tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali
A – Fuq l-invokabbiltà diretta tar-regoli ta ’ konvenzjoni għall-finijiet tal-istħarriġ tal-legalità tad-dritt derivat tal-Unjoni
1. Fuq “l-effett dirett” bħala kundizzjoni għall-istħarriġ tal-legalità
58.
Huwa stabbilit li l-validità ta’ att tal-Unjoni tista’ tiġi affettwata mill-inkompatibbiltà ta’ dan l-att ma’ tali regoli tad-dritt internazzjonali ( 63 ). Fil-ġurisprudenza klassika tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja għaldaqstant tfittex tali inkompatibbiltà billi tipproċedi fi stadji suċċessivi. B’dan il-mod, l-Unjoni għandha qabel kollox tkun marbuta bir-regoli inkwistjoni ( 64 ). Imbagħad, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ biss tistħarreġ il-validità ta’ att tad-dritt tal-Unjoni fid-dawl ta’ ftehim internazzjonali meta n-natura u l-istruttura tiegħu ma jipprekludux dan ( 65 ). Fl-aħħar nett, meta n-natura u l-istruttura ( 66 ) tal-ftehim inkwistjoni jippermettu li jiġi previst stħarriġ tal-validità tal-att tad-dritt tal-Unjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi ftehim, hemm bżonn ukoll li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim invokati għall-finijiet tal-eżami tal-validità tal-att tad-dritt tal-Unjoni jkunu, mil-lat tal-kontenut tagħhom, inkundizzjonati u suffiċjentement preċiżi, għaldaqstant li dawn ikollhom effett dirett ( 67 ).
59.
Il-kundizzjoni ta’ effett dirett hija sodisfatta meta d-dispożizzjoni invokata tkun toħloq obbligu ċar u preċiż li ma jkun suġġett għall-adozzjoni tal-ebda att ulterjuri fl-eżekuzzjoni jew fl-effetti tiegħu ( 68 ).
60.
Madankollu, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, jidher diffiċli li wieħed jallega li jeżisti biss approċċ uniformi wieħed fil-qasam tal-istħarriġ tal-legalità tad-dritt derivat fid-dawl ta’ strumenti tad-dritt li joħroġ minn konvenzjonijiet. Fil-fatt, il-ġurisprudenza relatata ma għadhiex tikkostitwixxi blokka kkonsolidata, iżda għall-kuntrarju tidher li hija kkaratterizzata minn ċerta diversità li xi kultant turi inkoerenza.
61.
Qabel kollox, f’dak li jirrigwarda r-rikonoxximent stess tal-effett dirett ta’ dispożizzjonijiet ta’ ftehim internazzjonali, il-qorti tal-Unjoni tagħti prova ċara ta’ flessibbiltà fir-rigward tal-invokabbiltà diretta tal-ftehimiet ma’ Stati terzi, b’mod partikolari l-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni ( 69 ). Dan l-approċċ jippermetti lill-individwi jinvokaw quddiem il-qrati d-dispożizzjonijiet inkwistjoni, għaliex konvenzjoni internazzjonali tista’ taffettwa direttament is-sitwazzjoni tagħhom ( 70 ). Min-naħa l-oħra, kif diġà osservajt, fil-qasam partikolari tal-ftehimiet tad-WTO u tal-ftehimiet TRIPS u OTK, li huma kkaratterizzati min-natura u l-istruttura speċifika tagħhom, id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija ftehimiet ma jinsabux fost ir-regoli li fid-dawl tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja tistħarreġ il-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet Komunitarji ( 71 ).
62.
L-approċċ “klassiku” msemmi hawn fuq għandu jitqabbel mar-realtà li tiżvela diversità ikbar bejn il-ftehimiet li l-Unjoni tagħmel parti minnhom, u dan jimplika diversità tal-effetti li dawn il-ftehimiet jipproduċu fid-dritt tal-Unjoni. Effettivament, huwa kostanti li ftehim ta’ kooperazzjoni kummerċjali ma jistax jipproduċi, fis-sistema interna, effetti komparabbli għal konvenzjoni multilaterali li toħloq skema ta’ portata ġenerali li tinvolvi għanijiet “politiċi” ambizzjużi, li spiss huwa l-każ fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent u tal-liġi tat-trasport ( 72 ). Barra minn hekk, il-konvenzjonijiet ta’ assoċjazzjoni u ta’ sħubija juru natura speċifika importanti meta jistabbilixxu l-approssimazzjoni bejn il-prinċipji tal-libertajiet fundamentali ( 73 ).
63.
Fir-rigward tal-istħarriġ tal-legalità, għalkemm huwa minnu li, f’ċerti każijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tipproċedi għal stħarriġ fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-dritt li joħroġ minn konvenzjonijiet, mingħajr madankollu ma tagħti motivazzjoni dettaljata bħal fis-sentenza mogħtija fil-Kawża IATA u ELFAA ( 74 ), f’każijiet oħrajn, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat pożizzjoni iktar stretta, bħall-approċċ adottat fil-Kawża Intertanko et.
64.
Fil-konklużjonijiet ippreżentati f’din l-aħħar kawża, l-Avukat Ġenerali Kokott ikkunsidrat li l-konvenzjoni dwar id-dritt marittimu setgħet tirrappreżenta “kriterju ta’ stħarriġ” bl-għan li tiġi evalwata l-legalità ta’ atti tad-dritt derivat ( 75 ). Madankollu l-Qorti tal-Ġustizzja ma segwietx ir-raġunament propost mill-Avukat Ġenerali tagħha billi bbażat ruħha fuq l-assenza ta’ regoli intiżi biex jiġu applikati direttament u immedjatament għall-individwi u biex jagħtu lil dawn tal-aħħar drittijiet jew libertajiet li jistgħu jiġu invokati kontra l-Istati ( 76 ).
65.
Is-soluzzjoni adottata b’dan il-mod fil-Kawża Intertanko qajmet domandi għaliex tmur kontra sentenza preċedenti, mogħtija fil-Kawża Poulsen u Diva Navigation ( 77 ), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kienet irrikonoxxiet li l-individwi għandhom id-dritt li jirreferu għall-istess konvenzjoni dwar id-dritt marittimu bħala espressjoni tad-dritt internazzjonali konswetudinarju ( 78 ).
66.
Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat xi punti fir-rigward tal-invokabbiltà tad-dritt internazzjonali konswetudinarju fis-sentenza Air Transport Association of America et, iċċitata iktar ’il fuq, fejn hija ddeċidiet li “il-prinċipji tad-dritt internazzjonali konswetudinarju […] jistgħu jiġu invokati minn parti fil-kawża għall-finijiet tal-eżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-validità ta’ att tal-Unjoni sa fejn, minn naħa, dawn il-prinċipji jistgħu jqegħdu inkwistjoni l-kompetenza tal-Unjoni li tadotta l-imsemmi att [ ( 79 )] u, min-naħa l-oħra, l-att inkwistjoni jkun jista’ jaffettwa d-drittijiet li l-parti fil-kawża tinvoka mid-dritt tal-Unjoni jew li joħloq għaliha obbligi fid-dawl ta’ dan id-dritt” ( 80 ).
67.
Finalment, il-kawża li żvijjat l-iktar mill-approċċ “klassiku” msemmi hawn fuq hija, b’mod ċar, dik li wasslet għall-hekk imsejħa sentenza “Biotech” (EU:C:2001:523) ( 81 ). Effettivament, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-fatt li ftehim internazzjonali jkun jinkludi dispożizzjonijiet li ma jkollhomx effett dirett, fis-sens li ma joħolqux drittijiet li l-individwi jistgħu jinvokaw direttament quddiem qorti, ma jikkostitwixxix ostakolu għall-istħarriġ mill-qorti tal-osservanza tal-obbligi li għandha l-Komunità bħala parti f’dan il-ftehim ( 82 ).
68.
Jidhirli li t-teħid ta’ tali pożizzjoni huwa determinanti għal dawn il-kawżi.
69.
Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li t-tensjoni li teżisti bejn ir-rifjut tar-rikonoxximent tal-invokabbiltà diretta tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, hija ġġustifikata min-neċessità li jiġu adottati miżuri ta’ implementazzjoni, u mill-volontà li tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-konvenzjoni, kif espressa fis-sentenza Lesoochranárske zoskupenie ( 83 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja b’hekk enfasizzat li d-dispożizzjonijiet tal-imsemmija konvenzjoni “minkejja li huma redatti b’mod ġenerali, għandhom l-għan li jippermettu li jiżguraw ħarsien effettiv tal-ambjent”. Hija b’hekk ordnat lill-qrati nazzjonali biex jagħtu interpretazzjoni lid-dritt nazzjonali li, sa fejn huwa possibbli tkun konformi mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni” ( 84 ). Huwa inkontestabbli li bħala istituzzjoni l-Qorti tal-Ġustizzja hija obbligata wkoll li tikkonforma mal-Konvenzjoni ta’ Århus ( 85 ).
2. Fuq l-adattament tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-finijiet tal-invokabbiltà diretta
70.
Infakkar li, skont ġurisprudenza kostanti ( 86 ), il-Komunità hija komunità bbażata fuq l-istat ta’ dritt billi la l-Istati Membri u lanqas l-istituzzjonijiet ma jistgħu jevitaw verifika dwar jekk l-atti adottati minnhom humiex konformi mal-karta bażika kostituzzjonali, it-Trattat. Il-kunċett ta’ komunità tad-dritt b’hekk għandu dimensjoni doppja: qabel kollox, dimensjoni regolatorja li timplika obbligu ta’ konformità mat-Trattat, u sussegwentement dimensjoni ġudizzjarja li tippresupponi protezzjoni ġudizzjarja għall-individwi kontra l-atti tad-dritt derivat illegali ( 87 ).
71.
Barra minn hekk, jidher li huwa dejjem iktar diffiċli għall-Qorti tal-Ġustizzja li tiżgura l-osservanza tal-obbligi internazzjonali li għandha l-Unjoni filwaqt li tippreżerva l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt internazzjonali dwar l-ambjent ( 88 ). Id-dritt dwar l-ambjent huwa, fil-fatt, wieħed mill-eżempji ta’ multiplikazzjoni tal-postijiet ta’ stabbiliment u ta’ applikazzjoni tad-dritt, li neċessarjament wassal għal fenomeni ta’ interazzjoni, ta’ internalizzazzjoni jew ta’ globalizzazzjoni ta’ dan id-dritt ( 89 ). Dan il-kuntest ġuridiku stratifikat jeħtieġ, fil-fehma tiegħi, approċċ ikkwalifikat.
72.
Huwa minnu li l-effett dirett jirrappreżenta prinċipju li jawtorizza qorti nazzjonali tapplika regola tad-dritt internazzjonali bħala bażi awtonoma tad-deċiżjoni tagħha meta l-imsemmija regola ma tkunx ġiet trasposta jew tkun ġiet trasposta b’mod inadegwat fid-dritt nazzjonali ( 90 ). Fid-dritt tal-Unjoni, it-teorija tal-effett dirett, kif applikata għar-relazzjonijiet bejn id-dritt tal-Unjoni u s-sistema legali tal-Istati Membri, hija limitata għal regoli li jissodisfaw ir-rekwiżit li jkunu eżawrjenti ( 91 ). Huwa paċifiku li l-kunċett ta’ effett dirett għaldaqstant huwa speċifiku għall-pożizzjoni ta’ individwu fil-kuntest ġuridiku nazzjonali li jkun jixtieq jinvoka d-dritt tal-Unjoni, inklużi l-konvenzjonijiet internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni. Madankollu, fl-istat attwali tal-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni, it-teorija tal-effett dirett, li setgħet tiġi kklassifikata bħala “marda tat-tfal” tad-dritt tal-Unjoni ( 92 ) ma għadhiex tipproteġi l-awtonomija tiegħu fuq livell internazzjonali.
73.
Barra minn hekk, fid-dawl tal-ġurisprudenza ppreżentata hawn fuq, it-teorija tal-effett dirett ma tirrappreżentax prinċipju universali u obbligatorju fil-kuntest tal-istħarriġ mill-qorti tal-Unjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
74.
Fil-kuntest ta’ dawn l-appelli, għandu jiġi osservat li l-applikazzjoni awtomatika u mingħajr riżerva tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Intertanko et flimkien mas-sentenza Lesoochranárske zoskupenie twassal lill-Qorti tal-Ġustizzja biex teskludi kull stħarriġ ġudizzjarju tal-osservanza tal-impenji tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mill-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus kemm mill-qorti nazzjonali kif ukoll mill-qorti tal-Unjoni. Għaldaqstant, jeżisti r-riskju li jiġi affettwat b’mod sostanzjali l-kunċett ta’ protezzjoni ġudizzjarja fis-sistema legali tal-Unjoni, ikkunsidrata f’sens wiesa’ bħala li tinkludi mhux biss ir-rimedji ġudizzjarji diretti, iżda wkoll il-mekkaniżmu ta’ rinviju preliminari.
75.
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, jidher għaldaqstant leġittimu li wieħed jistaqsi dwar kif għandha tevolvi l-kundizzjoni ta’ effett dirett għall-finijiet tal-invokabbiltà diretta tad-dispożizzjonijiet ta’ konvenzjoni.
76.
Fid-dawl tar-raġunament segwit mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Air Transport Association of America et (EU:C:2011:864), l-invokabbiltà diretta ta’ att tad-dritt internazzjonali tippresupponi, qabel kollox, li tiġi eżaminata mill-perspettiva tan-natura tagħha, l-istruttura tagħha, u l-għanijiet tagħha, kemm il-darba jkun ġie stabbilit li l-Unjoni hija tabilħaqq marbuta bl-att inkwistjoni. F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, dispożizzjoni ta’ konvenzjoni partikolari li tista’ sservi bħala kriterju ta’ referenza għall-istħarriġ tal-legalità tad-dritt derivat tal-Unjoni, għandhom jiġu eżaminati l-karatteristiċi tagħha.
77.
Jiena tal-fehma li għandha ssir distinzjoni ċara, fuq il-livell kunċettwali, bejn każ fejn individwu jkun jixtieq jinvoka direttament att tad-dritt internazzjonali billi jinvoka dritt li jkun stabbilit fl-imsemmi att għall-benefiċċju tiegħu u dak tal-istħarriġ tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Unjoni matul il-proċess ta’ allinjament ( 93 ) ta’ att tad-dritt tal-Unjoni ma’ att tad-dritt internazzjonali. Normalment, huma l-atturi privileġġati li għandhom jibdew tali stħarriġ quddiem il-qrati tal-Unjoni, iżda fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Århus din il-possibbiltà ġiet miftuħa wkoll għall-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent li jissodisfaw il-kriterji previsti f’dan ir-rigward.
78.
Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ spazju li jevita kull stħarriġ ġudizzjarju, jidhirli li huwa leġittimu li wieħed isostni li, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-konformità ta’ att tad-dritt tal-Unjoni mad-dritt internazzjonali, in-nuqqas ta’ effett dirett ta’ dispożizzjoni, li tinftiehem bħala regola eżawrjenti u sors ta’ drittijiet, ma għandux jipprekludi eżami tal-legalità sakemm il-karatteristiċi tal-konvenzjoni inkwistjoni ma jkunux jipprekluduh.
79.
Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjoni tad-dritt internazzjonali li tista’ sservi bħala kriterju ta’ referenza għal-finijiet tal-istħarriġ tal-legalità għandha neċessarjament tinkludi elementi li jkunu ċari biżżejjed, li jistgħu jinftiehmu sew u li jkunu preċiżi. Għaldaqstant, għandu jiġi enfasizzat li tali dispożizzjoni tista’ tkun ta’ natura mħallta. Għalkemm huwa possibbli li jiġu iżolati fil-kontenut tagħha partijiet li jissodisfaw dan ir-rekwiżit, għandu jkun possibbli li jsir l-imsemmi stħarriġ tal-legalità.
80.
Fil-fatt, dispożizzjoni tad-dritt internazzjonali, filwaqt li tħalli diskrezzjoni wiesgħa lill-partijiet kontraenti f’ċerti aspetti, tista’ tinvolvi, b’mod parallel, regoli preċiżi u inkundizzjonati ( 94 ). Ninnota li tali dispożizzjonijiet imħallta huma frekwenti fil-kamp tad-dritt dwar l-ambjent.
81.
L-adattament tal-kundizzjonijiet ta’ invokabbiltà li jiena nissuġġerixxi ma jikkontradixxix, għall-bqija, il-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li f’każ ta’ regoli mingħajr effett difett, bħall-ftehimiet tad-WTO, ir-rikorrenti privileġġati lanqas ma jistgħu jitolbu stħarriġ tal-legalità skont l-Artikolu 263 TFUE. Għall-kuntrarju, jidhirli li l-approċċ adottat fis-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni ( 95 ), li ġie kkonfermat sussegwentement fis-sentenza Il-Portugall vs Il-Kunsill, EU:C:1999:574, jirrifletti ġustament l-idea li qabel kollox huma l-karatteristiċi partikolari tal-ftehim internazzjonali inkwistjoni li jiġġustifikaw l-invokabbiltà diretta minn individwu kif ukoll l-eżerċizzju ta’ stħarriġ tal-legalità mill-Qorti tal-Ġustizzja jew li, għall-kuntrarju, jipprekluduh ( 96 ).
82.
Barra minn hekk, in-neċessità li tiġi stabbilita, fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, distinzjoni bejn il-kwistjoni tal-invokabbiltà diretta ta’ dispożizzjoni ta’ konvenzjoni u l-possibbiltà li tiġi mistħarrġa l-validità ta’ regola tad-dritt derivat fid-dawl tad-dritt internazzjonali tqajmet f’bosta ta’ analiżi dottrinali ( 97 ) kif osservat mill-Avukati Ġenerali ( 98 ). B’hekk ġie sostnut, ġustament, li t-teorija tal-invokabbiltà diretta kellha tiġi żviluppata mill-ġdid b’mod awtonomu ( 99 ).
83.
B’mod partikolari, ċerti awturi kkunsidraw li l-kwistjoni dwar jekk ftehim internazzjonali jagħtix drittijiet lill-individwi kienet irrilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni jekk dispożizzjoni inkwistjoni tinsabx fost ir-regoli li għalihom tirreferi l-Qorti tal-Ġustizzja għall-finijiet tal-istħarriġ tal-legalità tal-atti tad-dritt tal-Unjoni ( 100 ).
84.
Għaldaqstant għandu jiġi vverifikat jekk l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus jissodisfax il-kundizzjonijiet hekk meħtieġa sabiex ikun jista’ jiġi invokat.
B – L-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta ’ Århus bħala regola ta ’ referenza għall-finijiet tal-istħarriġ tal-legalità
85.
Qabel kollox, għandu jitfakkar li l-Konvenzjoni ta’ Århus , li titqies li hija “kolonna tad-demokrazija ambjentali” ( 101 ), ġiet iffirmata mill-Komunità, u sussegwentement ġiet approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE. Inkwantu ftehim imħallat konkluż fl-istess waqt kemm mill-Unjoni kif ukoll mill-Istati Membri tagħha, il-Konvenzjoni issa tifforma parti integrali mis-sistema legali tal-Unjoni ( 102 ). L-Unjoni hija b’hekk marbuta bl-imsemmija konvenzjoni kif huma wkoll l-istituzzjonijiet leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji kollha tagħha.
86.
Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonfermat il-kompetenza tagħha biex tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Århus ( 103 ) u f’dan ir-rigward iddeċidiet numru importanti ta’ sentenzi fil-kuntest ta’ domandi preliminari għal interpretazzjoni kif ukoll ta’ proċeduri dwar nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi ( 104 ).
87.
Filwaqt li tagħti liċ-ċittadini tliet drittijiet proċedurali fil-qasam tal-ambjent ( 105 ), il-Konvenzjoni ta’ Århus tistabbilixxi wkoll rekwiżiti. B’hekk, hija tipprovdi li kull individwu għandu “iħares u jtejjeb l-ambjent fl-interess tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri”. Inkwantu tirrikonoxxi drittijiet relatati mal-għanijiet ta’ ħarsien tal-ambjent, il-Konvenzjoni ta’ Århus għandha n-natura ta’ strument proċedurali. Effettivament, il-ħarsien tal-ambjent huwa possibbli biss jekk il-persuni kkonċernati jkollhom strumenti validi ta’ azzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ mmens kopert mill-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni ta’ Århus hija għaldaqstant sors ta’ “drittijiet ta’ parteċipazzjoni ċivika”, fil-forma ta’ kodifikazzjoni ta’ drittijiet proċedurali fil-qasam tal-ambjent.
88.
B’mod differenti, pereżempju, mill-ftehim WTO, il-Konvenzjoni ta’ Århus b’hekk ma hijiex ibbażata fuq il-prinċipju tar-reċiproċità u tal-vantaġġi reċiproċi tal-partijiet kontraenti ( 106 ).
89.
Għall-kuntrarju, l-għan tal-Konvenzjoni ta’ Århus huwa li tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi u liċ-ċittadini li jassumu r-responsabbiltà individwali u kollettiva tagħhom sabiex iħarsu u jtejbu l-ambjent għall-benesseri u għas-saħħa tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri ( 107 ). Hija ma tikkostitwixxix eżempju tekniku ta’ ftehim fil-qasam tal-ambjent, iżda l-espressjoni ta’ dritt tal-bniedem għall-ambjent fid-dimensjoni l-iktar solenni tiegħu. B’dan il-mod, ma hemmx dubju li, fost id-dispożizzjonijiet tagħha, uħud minnhom ma humiex applikabbli immedjatament (“self-executing”). Dan jispjega l-importanza tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati sabiex tiġi żgurata l-effettività ta’ dawn id-dispożizzjonijiet internazzjonali fid-dritt intern u, konsegwentement, in-neċessità ta’ stħarriġ tal-legalità ta’ tali regoli.
90.
F’dak li jirrigwarda, b’mod iktar partikolari, l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, l-imsemmija dispożizzjoni tistabbilixxi possibbiltà ta’ kontestazzjoni tal-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar l-ambjent.
91.
Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza Lesoochranárske zoskupenie li d-dispożizzjonijiet tal-imsemmi artikolu “ma jinkludu l-ebda obbligu ċar u speċifiku ta’ natura li jirregola direttament is-sitwazzjoni legali tal-individwi” ( 108 ). Minn din il-perspettiva, din id-dispożizzjoni hija, b’mod ċar, suġġetta għall-intervent ta’ att ulterjuri u l-individwi ma jistgħux jinvokawha. Fil-fatt, l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus jagħti lill-partijiet kontraenti l-possibbiltà li jiddefinixxu l-kriterji li abbażi tagħhom il-membri tal-pubbliku jistgħu jiksbu l-locus standi in judicio.
92.
Madankollu jidhirli li l-Artikolu 9(3) jikkostitwixxi “dispożizzjoni mħallta” inkwantu jinkludi wkoll obbligu ta’ riżultat li jista’ jiġi identifikat b’mod ċar għall-partijiet kontraenti.
93.
Il-Qorti tal-Ġustizzja nfisha osservat li “minkejja li huma redatti b’mod ġenerali, [id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(3)] għandhom l-għan li jippermettu li jiżguraw ħarsien effettiv tal-ambjent” ( 109 ). Dan il-ħarsien huwa rifless, fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Århus, fl-istabbiliment ta’ modalitajiet proċedurali applikabbli għar-rikorsi intiżi biex jiġu ssalvagwardati d-“drittijiet ta’ parteċipazzjoni ċivika” li jirriżultaw mill-konvenzjoni nfisha. Barra minn hekk, l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus għandu jinqara flimkien mal-Artikolu 1 tal-imsemmija konvenzjoni, li jobbliga lil kull parti kontraenti biex tiggarantixxi d-drittijiet ta’ aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent.
94.
Fi kwalunkwe każ, in-natura mħallta tar-regola prevista fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus hija riflessa, fuq il-livell nazzjonali, fid-diskrezzjoni mogħtija lil-leġiżlatur sabiex jiddetermina ċerti kriterji li għandha tissodisfa organizzazzjoni sabiex tikkontesta ksur tad-dritt dwar l-ambjent. Madankollu, jidhirli li huwa inkontestabbli li l-obbligu li jiġi ggarantit l-aċċess għall-ġustizzja huwa ċar biżżejjed sabiex jipprekludi regola li għandha l-iskop jew l-effett li telimina ċerti kategoriji ta’ deċiżjonijiet mhux leġiżlattivi tal-awtoritajiet pubbliċi mill-kamp tal-istħarriġ li għandu jiġi eżerċitat mill-qrati nazzjonali.
95.
Fil-fehma tiegħi, fid-dawl tal-għan u l-istruttura tiegħu, l-Artikolu 9(3) b’hekk jikkostitwixxi, parzjalment, regola ċara biżżejjed sabiex ikun jista’ jservi bħala bażi għall-istħarriġ tal-legalità fir-rigward tal-aċċess għall-ġustizzja tal-organizzazzjonijiet li għandhom il-kapaċità li jaġixxu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew dik tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus jista’ jservi bħala kriterju ta’ referenza għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
VI – Analiżi sussidjarja rigward l-istħarriġ tal-legalità
A – Osservazzjonijiet preliminari
96.
Kemm fl-ipoteżi ta’ rinviju tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll f’dik fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li tinsab f’pożizzjoni li tiddeċiedi dwar il-mertu, jidhirli indispensabbli li nippreżenta, sussidjarjament, xi osservazzjonijiet relatati mal-eżami tal-legalità tar-Regolament ta’ Århus fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Århus.
97.
F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li din is-serje ta’ kawżi ma tikkonċernax il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ aċċess għall-ġustizzja fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE fil-qasam tad-dritt dwar l-ambjent, iżda hija intiża biex tanalizza jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni kkompletax b’mod korrett ir-rimedji ġudizzjarji fid-dawl tar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Århus, billi jirrestrinġi l-kunċett ta’ atti u, b’mod iktar preċiż, jekk f’dan il-kuntest, huwa setax jeskludi l-aċċess għall-ġustizzja meħtieġ fir-rigward ta’ atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Effettivament, kif jirriżulta mix-xogħol preparatorju tar-Regolament ta’ Århus, meta ffirmat il-Konvenzjoni ta’ Århus, il-Komunità Ewropea ntrabtet li tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha mar-rekwiżiti tal-konvenzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja.
B – Argumenti żviluppati mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tieni aggravju
98.
Fl-appell tagħha, il-Kummissjoni tinvoka t-tieni aggravju li jallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus. Hija ssostni li din id-dispożizzjoni toffri alternattiva lill-partijiet kontraenti inkwantu timponi li huma għandhom jiżguraw proċeduri ta’ rikorsi amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ reviżjoni. B’hekk, il-Qorti Ġenerali kellha mill-inqas tivverifika jekk il-partijiet rikorrenti kinux f’pożizzjoni li jirrikorru għal proċedura ġudizzjarja kontra l-miżura ta’ portata individwali inkwistjoni, kemm fil-pajjiżi l-Baxxi jew fil-kuntest tal-Unjoni, qabel ma tikkonstata l-inkompatibbiltà tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Århus mal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni tfakkar li, skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2008/50, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ttraspona d-deroga temporanja għar-rekwiżiti tal-imsemmija direttiva permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Awwissu 2009 ( 110 ). Skont il-Kummissjoni, l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent b’hekk kellhom il-possibbiltà li jadixxu lill-qorti nazzjonali kontra l-miżuri ta’ traspożizzjoni. L-eżami tal-validità tad-deċiżjoni ta’ deroga setgħet tkun is-suġġett ta’ domanda preliminari.
99.
Fi kwalunkwe każ, skont il-Kummissjoni, ma jidhirx li l-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Århus jikkostitwixxi l-unika dispożizzjoni li teżegwixxi l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus: fil-fehma tagħha, il-fatt li dak l-Artikolu jillimita l-proċedura ta’ reviżjoni għall-atti ta’ portata individwali huwa prova li l-leġiżlatur tal-Unjoni qies li, għall-atti ta’ portata ġenerali, il-mezzi ġuridiċi huma suffiċjenti biex jiġu osservati r-rekwiżiti tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus.
C – Fuq l-eżistenza ta ’ stħarriġ tal-ksur tad-dritt dwar l-ambjent fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta ’ Århus
100.
Skont ġurisprudenza kostanti, ftehim internazzjonali għandu jiġi interpretat skont it-termini li fih jiġi redatt kif ukoll fid-dawl tal-għanijiet tiegħu. L-Artikolu 31 tal-Konvenzjonijiet ta’ Vjenna, tat-23 ta’ Mejju 1969, fuq id-dritt tat-trattati u l-Artikolu 31 tal-Konvenzjonijiet ta’ Vjenna, tal-21 ta’ Marzu 1986, fuq id-dritt tat-trattati bejn l-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew bejn organizzazzjonijiet internazzjonali, li jikkodifikaw id-dritt internazzjonali konswetudinarju ġenerali f’dan il-qasam, jippreċiżaw, f’dan ir-rigward, li trattat għandu jiġi interpretat in bona fide, skont is-sens ordinarju li għandu jingħata lit-termini tiegħu fil-kuntest tagħhom, u fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tiegħu ( 111 ).
101.
Mill-preambolu tal-Konvenzjoni ta’ Århus jirriżulta li wara li kkunsidraw il-ħtieġa ta’ ħarsien, ta’ preżervazzjoni u ta’ titjib tal-istat tal-ambjent, il-partijiet kontraenti għarfu l-importanza, għaċ-ċittadini, ta’ aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent, filwaqt li huwa mifhum li huma jista’ jkollhom bżonn għajnuna biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Jirriżulta wkoll minn dan l-istess preambolu li l-partijiet ilkoll xtaqu li l-pubbliku, inklużi l-organizzazzjonijiet, ikollhom aċċess għal mekkaniżmi ġudizzjarji effikaċi sabiex l-interessi leġittimi tagħhom ikunu protetti ( 112 ). B’hekk huwa fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet li għandha tiġi evalwata l-portata li l-awturi tal-Konvenzjoni ta’ Århus riedu jagħtu lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(3) tal-imsemmija konvenzjoni.
102.
L-aċċess għall-ġustizzja huwa previst fl-Artikolu 9 għat-tliet ipoteżijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (rikors b’rabta mal-aċċess għall-informazzjoni), fil-paragrafu 2 (rikors kontra kull deċiżjoni relatata ma’ attivitajiet partikolari li jolqtu l-ambjent) u fil-paragrafu 3 (aċċess għal proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji sabiex jiġu kkontestati l-atti jew l-omissjonijiet ta’ individwi jew ta’ awtoritajiet pubbliċi ( 113 ) li jikkostitwixxu ksur tad-dritt dwar l-ambjent). Fuq livell iktar ġenerali, nixtieq infakkar l-irwol partikolari li għandu l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Århus, inkwantu jikkostitwixxi, minn naħa waħda, garanzija tad-drittijiet għall-informazzjoni u ta’ parteċipazzjoni fil-proċess deċiżjonali mogħtija mill-Konvenzjoni u d-dritt nazzjonali u, min-naħa l-oħra, mezz ta’ protezzjoni oġġettiva ta’ sistema legali ( 114 ).
103.
F’dak li jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, għandu jiġi osservat li l-imsemmija dispożizzjoni tippermetti li jiġu stabbiliti fid-dritt intern il-kriterji speċifiċi li għandhom jissodisfaw il-membri tal-pubbliku li huma awtorizzati biex jikkontestaw il-ksur tad-dritt dwar l-ambjent. Għaldaqstant huwa ċar li huwa mill-perspettiva tal-kwalifikazzjoni tal-imsemmija suġġetti li l-partijiet għall-Konvenzjoni jistgħu jeżerċitaw id-diskrezzjoni mogħtija lilhom. Għaldaqstant, jidher ġustifikat li wieħed isostni li l-Artikolu 9(3) ma huwiex intiż biex jistabbilixxi actio popularis fid-dritt dwar l-ambjent ( 115 ).
104.
Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, nixtieq nenfasizza li l-imsemmija dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-għanijiet iċċitati iktar ’il fuq li huma intiżi biex jiggarantixxu mekkaniżmi effikaċi sabiex jitħarsu l-interessi tal-pubbliku ( 116 ).
105.
Barra minn hekk, għandu jsir qari konġunt tal-Artikolu 9(3) u tar-rekwiżiti applikabbli b’mod konformi mal-paragrafi 4 u 5 tal-istess dispożizzjoni. Effettivament, skont l-imsemmija paragrafi, il-proċeduri msemmija għandhom joffru rikorsi suffiċjenti u effettivi; dawn għandhom ikunu ġusti, ekwi u veloċi, mingħajr ma l-ispiża tagħhom tkun projbittiva. Ir-rekwiżit ta’ pubbliċità jirriżulta b’mod ċar mill-paragrafu 5 tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni.
106.
Għaldaqstant, il-partijiet kontraenti huma obbligati li jadottaw mekkaniżmu li fuq kollox ikun effikaċi u mhux biss li jagħmlu għażla bejn tipi ta’ proċeduri differenti. B’hekk, għandu jiġi kkunsidrat li l-firmatarji tal-Konvenzjoni għandhom diskrezzjoni wiesgħa fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti, iżda li l-obbligu li jiġu stabbiliti rimedji amministrattivi jew ġudizzjarji għandu jiġi eżegwit b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni sabiex sabiex tiġi ggarantita l-possibbiltà li jiġu kkontestati l-ksur tad-dritt dwar l-ambjent b’mod konformi mal-Artikolu 9(3) tagħha. Minn dan isegwi li l-implementazzjoni tal-imsemmi obbligu għandha titkejjel fid-dawl tar-rekwiżit ta’ aċċess effettiv għall-ġustizzja. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata wkoll permezz tat-titolu tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Århus – “aċċess għall-ġustizzja”.
107.
Dan iwassalni għall-kunċett kruċjali fil-kuntest tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, jiġifieri l-kunċett ta’ att li jista’ jkun suġġett għal stħarriġ.
108.
Huwa minnu li dan it-terminu ma huwiex iddefinit fil-Konvenzjoni ta’ Århus. Interpretazzjoni letterali tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni lanqas ma tippermetti li jiġi kkunsidrat li dan il-kunċett jaqa’ taħt id-diskrezzjoni mogħtija lill-partijiet kontraenti. Barra minn hekk, din l-istess dispożizzjoni lanqas ma teħtieġ in-natura ġuridikament vinkolanti tal-atti msemmija. L-awturi b’hekk jaqblu li l-imsemmija dispożizzjoni tkopri kull ipoteżi ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali ( 117 ) dwar l-ambjent ( 118 ).
109.
Il-portata tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, li prima facie tidher li hija ferm wiesgħa, a fortiori meta mqabbla ma’ dik tal-paragrafi 1 u 2 tal-istess artikolu, tista’ madankollu tkun attenwata. Effettivament, il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni huwa ddelimitat permezz tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni li minnu jirriżulta li din tal-aħħar ma tapplikax għall-atti ta’ natura leġiżlattiva. Skont l-imsemmija dispożizzjoni, il-kunċett ta’ “awtorità pubblika” li l-atti tagħha li jmorru kontra d-dritt dwar l-ambjent jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kontestazzjonijiet jeskludi l-istituzzjonijiet li jaġixxu fl-eżerċizzju tas-setgħat ġudizzjarji u leġiżlattivi.
110.
B’hekk jidher ċar li l-partijiet firmatarji tal-Konvenzjoni ta’ Århus riedu jinkludu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha esklużivament miżuri mhux leġiżlattivi.
111.
Fi kliem ieħor, bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi, kull tip ta’ att ieħor adottati minn individwi u awtoritajiet pubbliċi, kemm jekk ikunu atti ta’ portata ġenerali jew ta’ portata individwali, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus.
112.
Elementi oħrajn jikkonfermaw din l-analiżi.
113.
Fl-ewwel lok, huwa essenzjali li jissemma li l-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kunċett ta’ att leġiżlattiv fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus għandha tendenza li tippreżerva l-effettività tal-Artikolu 9 tal-imsemmija konvenzjoni ( 119 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta d-diversi dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fid-dawl u wara li jitqiesu l-għanijiet tal-Konvenzjoni ta’ Århus li fir-rigward tagħha l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tkun “allinjata b’mod korrett” ( 120 ). Dan l-approċċ huwa fundamentali għall-interpretazzjoni tar-Regolament ta’ Århus fid-dawl tal-Konvenzjoni.
114.
Għandha ssir ukoll referenza għall-pożizzjoni adottata mill-Kumitat ta’ eżami tal-ħarsien tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Århus, li tgħid li l-partijiet kontraenti ma għandhomx il-possibbiltà li jippreżentaw jew li jżommu kriterji li jkunu stretti sal-punt li effettivament iżommu lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi milli jikkontestaw atti jew omissjonijiet li jiksru dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-ħarsien tal-ambjent ( 121 ). Dan huwa konformi b’mod ċar mal-pożizzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha ċċitata iktar ’il fuq ( 122 ). Barra minn hekk, il-Kumitat esprima dubji dwar il-ħarsien mill-Unjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ( 123 ).
115.
Finalment, għalkemm il-gwida ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus ma għandhiex, skont il-ġurisprudenza, saħħa vinkolanti ( 124 ), dik il-gwida tista’ madankollu sservi bħala punt ta’ referenza fil-kuntest tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni ( 125 ). F’sentenza reċenti mogħtija fil-Kawża Fish Legal u Shirley ( 126 ), il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet b’mod sistematiku għall-imsemmija gwida billi interpretat id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE ( 127 ) fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Århus. Il-gwida tispjega u tirrakkomanda interpretazzjoni wiesgħa tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-ġustizzja b’mod konformi mal-ittra u mal-ispirtu tal-Konvenzjoni ta’ Århus. Effettivament, f’dak li jirrigwarda l-atti li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ, jirriżulta mill-gwida li l-membri tal-pubbliku għandhom id-dritt li jikkontestaw il-ksur tad-dritt nazzjonali dwar l-ambjent anki “indipendentement mill-fatt li jkollhom rabta mal-informazzjoni tal-pubbliku u d-dritt ta’ parteċipazzjoni kif iggarantit mill-konvenzjoni” ( 128 ). Jirriżulta wkoll li l-istħarriġ previst fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus ( 129 ) huwa bbażat fuq l-idea ta’ “citizen enforcement” (applikazzjoni tal-liġi miċ-ċittadini) fis-sens dirett u indirett ( 130 ).
D – Fuq il-portata tal-istħarriġ tal-ksur tad-dritt dwar l-ambjent fir-Regolament ta ’ Århus
116.
Għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jitqiesu mhux biss it-termini tagħha u l-għanijiet li hija għandha, iżda wkoll il-kuntest tagħha kif ukoll id-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni ( 131 ).
117.
Qabel kollox, sabiex tiġi evalwata l-eżekuzzjoni tal-obbligi partikolari li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta’ Århus fid-dritt tal-Unjoni, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-effetti tal-Konvenzjoni, li hija konvenzjoni mħallta, ġew ippreċiżati permezz tad-dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea annessa mad-Deċiżjoni 2005/370/KE. Minn dan jirriżulta b’mod ċar li, fiż-żmien meta ġiet iffirmata l-Konvenzjoni, l-istrumenti ġuridiċi fis-seħħ ma kinux suffiċjenti biex tiġi żgurata l-integralità tal-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, peress li dawn kienu jikkonċernaw proċeduri ta’ kontestazzjoni kontra l-atti jew l-omissjonijiet ta’ individwi jew ta’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn apparti l-istituzzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri kienu jibqgħu responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-imsemmija obbligi sal-adozzjoni mill-Komunità ta’ dispożizzjonijiet li jiżguraw l-eżekuzzjoni ta’ dawn l-istess obbligi.
118.
Kif diġà fakkart, jirriżulta mix-xogħol leġiżlattiv qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Århus, li l-għan tal-imsemmi regolament kien li jallinja d-dritt Komunitarju mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ( 132 ). Huwa minnu li l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni kienet timplika, fil-livell tal-Unjoni, l-adozzjoni ta’ atti oħrajn tad-dritt derivat ( 133 ). Madankollu, filwaqt li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-ħarsien tal-ambjent, ir-Regolament ta’ Århus kien intiż, prinċipalment, biex jikkompleta aspetti partikolari relatati mal-aċċess għall-ġustizzja fi ħdan sistema komunitarja prestabbilita permezz tal-Artikoli 9 sa 13 tar-Regolament ta’ Århus ( 134 ). Dan jidher li huwa ferm iktar importanti inkwantu l-abbozz ta’ direttiva dwar l-aċċess għall-ġustizzja għadu ma ġiex adottat fid-dritt tal-Unjoni ( 135 ).
119.
Konsegwentement, l-istħarriġ tal-legalità tar-Regolament ta’ Århus fid-dawl tal-Konvenzjoni bl-istess isem huwa meħtieġ saħansitra iktar fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, peress li l-Unjoni hija obbligata li twettaq b’mod sħiħ l-impenji tagħha billi timplementa l-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta’ Århus.
120.
F’dan il-kuntest, nipproponi li jiġi miċħud l-argument tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa ta’ eżami globali tas-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva fid-dritt tal-Unjoni. Huwa paċifiku li l-protezzjoni ġudizzjarja tal-individwi, fis-sistema kontenzjuża tal-Unjoni, hija żgurata mhux biss permezz tad-diversi rimedji ġudizzjarji diretti, iżda wkoll permezz tal-mekkaniżmu tar-rinviju preliminari. Madankollu, il-mekkaniżmu tar-rinviju preliminari ma jistax jirrimedja u b’hekk jimla l-lakuni li jirriżultaw minn approċċ restrittiv adottat mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-implementazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ konvenzjoni li minnha l-Unjoni tagħmel parti.
121.
B’mod differenti mill-Kummissjoni, inqis li l-istabbiliment ta’ rimedji ġudizzjarji prinċipalment fuq il-livell nazzjonali kontra l-miżuri “li jmorru kontra l-liġi ambjentali” huwa ekwivalenti għal trasferiment ġdid lejn l-Istati Membri tar-responsabbiltà li għandha l-Unjoni. L-Unjoni ma tistax teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw livell partikolari ta’ kontroll sabiex jimlew il-lakuni tad-dritt derivat. Fil-fatt, permezz tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Århus, l-Unjoni tibqa’ totalment responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni ta’ Århus.
122.
Min-naħa l-oħra, nammetti mingħajr eżitazzjoni li l-evalwazzjoni tal-konformità tal-implementazzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta’ Århus kienet tkun differenti kieku din l-implementazzjoni saret permezz ta’ direttivi, sa fejn kienet issir f’żewġ stadji, jiġifieri, l-adozzjoni tal-imsemmija direttivi u t-traspożizzjoni tagħhom fid-dritt tal-Istati Membri ( 136 ).
123.
Sussegwentement, fir-rigward tal-portata tal-aċċess għall-ġustizzja fir-Regolament ta’ Århus, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Århus jinterpreta dan l-għan billi jagħti lill-entitajiet ikkwalifikati, jiġifieri lill-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-pubbliku, il-possibbiltà li jippreżentaw talba għal eżami mill-ġdid intern ta’ att li jmur kontra d-dritt dwar l-ambjent. Jirriżulta b’mod ċar mix-xogħol preparatorju li l-eżami mill-ġdid ġie ppreżentat sabiex ma jiġix ostakolat l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja abbażi tat-trattat li bis-saħħa tiegħu persuna tista’ tippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet li jikkonċernawha direttament u individwalment ( 137 ).
124.
Mill-perspettiva tal-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae, billi stabbilixxa proċedura ta’ eżami mill-ġdid, l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Århus iffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, għaliex dawn tal-aħħar ma għandhomx għalfejn juru interess suffiċjenti u lanqas għandhom bżonn jallegaw ksur ta’ dritt sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt b’mod konformi mal-Artikolu 263 TFUE. Ir-Regolament b’hekk jirrikonoxxi li dawn il-gruppi għandhom il-kwalità ta’ destinatarji ( 138 ).
125.
Min-naħa l-oħra, mill-perspettiva tal-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontestazzjonijiet li jistgħu jsiru permezz tal-hekk imsejħa proċedura ta’ “eżami mill-ġdid” huwa ddefinit fid-dawl tal-Artikolu 10 moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament ta’ Århus bħala li japplika għall-atti “ta’ ambitu individwali taħt il-liġi ambjentali, adottati minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità, u li għandha effetti esterni u li jorbtu legalment”. Barra minn hekk, il-miżura li tista’ tkun is-suġġett ta’ kontestazzjoni fil-kuntest ta’ tali “eżami mill-ġdid” hija ddefinita fis-sens li teskludi, b’mod konformi mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Århus, l-atti amministrattivi adottati mill-istituzzjoni jew korp tal-Unjoni “fil-kapaċità tagħhom bħala korpi amministrattivi ta’ reviżjoni”.
126.
F’dan ir-rigward nosserva li, fir-redazzjoni inizjali tagħha, il-proposta ta’ regolament kienet tiddefinixxi l-kunċett ta’ att bħala li jfisser “kull miżura amministrattiva stabbilita minn istituzzjoni jew korp komunitarju abbażi tal-liġi ambjentali u li għandha effett vinkolanti u estern” ( 139 ). Il-kunċett ta’ atti “amministrattivi ta’ portata individwali” deher biss fl-istadju tal-pożizzjoni komuni stabbilita mill-Kunsill ( 140 ) u ġie riprodott mill-Parlament fit-tieni qari ( 141 ) mingħajr ma ngħatat l-ebda motivazzjoni.
127.
Fl-assenza ta’ kwalunkwe definizzjoni tal-kunċett ta’ att amministrattiv f’sorsi oħrajn tad-dritt tal-Unjoni, din hija definizzjoni ad hoc, fir-Regolament ta’ Århus li l-portata tagħha tibqa’ diffiċli li tiġi ddelimitata ( 142 ). Madankollu, jidhirli li huwa ċar li l-volontà tal-leġiżlatur kienet li jirrestrinġi l-portata tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid.
128.
Ċertament, l-att huwa ddefinit fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament ta’ Århus bħala li jfisser miżura adottata “taħt il-liġi ambjentali”. Din l-aħħar kundizzjoni b’hekk hija prevista b’mod wiesa’ fir-rigward tal-għanijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 191 TFUE ( 143 ). Huwa minnu wkoll li n-natura ġenerali ( 144 ) jew individwali ta’ deċiżjoni hija evalwata, skont il-ġurisprudenza, fid-dawl tal-kontenut tagħha sabiex jiġi kkonstatat jekk id-dispożizzjonijiet tagħha humiex tali li jaffettwaw b’mod individwali u dirett is-sitwazzjoni tal-partijiet ikkonċernati ( 145 ). Fil-kuntest tar-Regolament ta’ Århus, din id-distinzjoni tiddependi fundamentalment mill-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “leġiżlazzjoni” fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Århus, kif riprodotta mir-Regolament ta’ Århus, li l-interpretazzjoni tiegħu hija s-suġġett tal-konklużjonijiet paralleli tiegħi fil-Kawżi Il-Kunsill u Il-Kummissjoni vs Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe (C‑404/12 P u C‑405/12 P) ( 146 ).
129.
Madankollu huwa paċifiku li l-proċedura ta’ eżami mill-ġdid ( 147 ) tapplika biss għal deċiżjonijiet individwali li għandhom effetti legali ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tad-destinatarji tagħhom. Tabilħaqq, il-portata ferm limitata tal-kontestazzjonijiet fir-rigward tal-ksur tad-dritt dwar l-ambjent abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Århus, ġiet ikkonfermata matul is-seduta mill-Kummissjoni, li waslet biex tipprovdi, mhux mingħajr diffikultà, eżempju wieħed biss ta’ applikazzjoni konkreta tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid, jiġifieri l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ OĠM. Għandu jiġi kkonstatat, barra minn hekk, li l-qasam tal-OĠM kif ukoll it-tqegħid fis-suq tal-prodotti kimiċi b’mod konformi mar-Regolament REACH ( 148 ) jidhru li huma l-qasam prinċipali li għalih effettivament tapplika l-proċedura ta’ eżami mill-ġdid ( 149 ). Il-prattika tal-Kummissjoni b’hekk tikkonferma l-interpretazzjoni restrittiva tar-Regolament ta’ Århus ( 150 ).
130.
Finalment, għandu jiġi osservat li, skont ir-Regolament ta’ Århus, ir-rikorsi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 12 tal-imsemmi regolament ma jirrigwardawx l-att amministrattiv inkwistjoni, iżda r-risposta indirizzata mill-istituzzjoni jew korp li quddiemu titressaq it-talba għal eżami mill-ġdid intern. B’hekk huwa biss permezz tal-eċċezzjoni ta’ illegalità, bħal dik li minnha oriġinaw dawn il-kawżi, li organizzazzjoni mhux governattiva tista’ titlob eżami tal-mertu.
131.
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Århus ma jikkostitwixxix implementazzjoni kompleta tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus ( 151 ).
132.
Għar-raġunijiet esposti qabel dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus, din il-konstatazzjoni ma hijiex invalidata mill-portata tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-firmatarji tal-Konvenzjoni ta’ Århus. Effettivament, filwaqt li rrikonoxxiet din id-diskrezzjoni fl-implementazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Århus [u pereżempju tal-Artikolu 15a tad-Direttiva 96/61/KE ( 152 )] ( 153 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ddefendiet approċċ ferm protettiv tal-effettività u tal-għanijiet tal-Konvenzjoni fir-rigward tal-obbligi ta’ implementazzjoni li għandhom l-Istati Membri ( 154 ). Għaldaqstant, jidhirli li ma jistax jiġi previst li jiġi adottat approċċ differenti fir-rigward tal-Unjoni nfisha ( 155 ).
133.
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, jidhirli li l-Qorti Ġenerali waslet ġustament għall-konklużjoni, fis-sentenza appellata, li l-eċċezzjoni ta’ illegalità diretta kontra l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Århus flimkien mal-Artikolu 2(1)(g) tal-imsemmi regolament għandha tintlaqa’. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li teżamina din il-kwistjoni, nipproponi li jiġi miċħud it-tieni aggravju tal-Kummissjoni.
E – Riflessjonijiet kumplimentari
134.
Fl-ipoteżi ta’ assenza ta’ effett dirett ta’ ftehim internazzjonali mifhum bħala sors ta’ drittijiet għall-individwi, jista’ jidher utli li jissemma l-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi bħala strument li jippermetti li jingħata effett lil tali ftehim.
135.
Effettivament, l-interpretazzjoni tad-dritt derivat b’mod konformi mal-ftehimiet internazzjonali li jorbtu lill-Komunità hija obbligatorja għall-qorti tal-Unjoni nfisha ( 156 ). Hija ġurisprudenza kostanti li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati kemm jista’ jkun fid-dawl tat-test u tal-għan tal-ftehimiet internazzjonali li minnhom tagħmel parti l-Unjoni ( 157 ). Tali “qari konċiljatorju” ( 158 ), fil-każ tad-dritt internazzjonali, għandu limitu skont liema l-imsemmi prinċipju “japplika biss f’każ fejn il-ftehim internazzjonali inkwistjoni ikun suprem fuq it-test tad-dritt Komunitarju kkonċernat” ( 159 ). Għaldaqstant, fil-prinċipju tali interpretazzjoni hija ammissibbli f’din il-kawża.
136.
Madankollu, il-metodu tal-interpretazzjoni konformi jista’ jintuża biss meta d-dispożizzjoni inkwistjoni ma tkunx ċara biżżejjed jew jekk tkun tista’ tiġi interpretati b’diversi modi fid-dawl tal-kuntest, in-natura jew l-istruttura tad-dispożizzjoni jew tal-att bażiku li minnu tagħmel parti. Madankollu, fid-dawl tal-osservazzjonijiet preċedenti, dan ma huwiex il-każ tal-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Århus li minnu tirriżulta b’mod ċar il-volontà li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-atti ta’ portata ġenerali.
137.
Barra minn hekk, bl-istess mod bħar-regoli applikabbli għall-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, l-interpretazzjoni konformi hija limitata permezz tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u l-esklużjoni ta’ kull interpretazzjoni contra legem ( 160 ). Peress li fil-fehma tiegħi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Århus jirrestrinġi l-aċċess għall-ġustizzja permezz tad-definizzjoni tal-att rilevanti tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid eċċessivament restrittiva fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus, jidhirli li interpretazzjoni konformi hija eskluża f’dan il-każ.
VII – Fuq l-appell inċidentali
138.
L-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent ippreżentaw appell inċidentali fil-Kawżi C‑401/12 P sa C‑403/12 P, ikkwalifikat bħala “kundizzjonat” mill-imsemmija organizzazzjonijiet, inkwantu ġie ppreżentat esklużivament “f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tilqax il-motivi ppreżentati fir-risposta”. L-imsemmija organizzazzjonijiet jinvokaw, f’dan il-kuntest, aggravju uniku bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset li tirrikonoxxi li l-kunċett ta’ “atti” li jinsab fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus għandu effett dirett.
139.
Il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament jaqblu li tali appell inċidentali “kundizzjonat” ( 161 ) huwa inammissibbli. Rigward il-mertu, huma jipproponu li jiġu miċħuda bħala infondati l-argumenti tal-organizzazzjonijiet. Barra minn hekk, huma josservaw li l-organizzazzjonijiet ma jsemmux l-annullament tad-dispożittiv tas-sentenza appellata, iżda fir-realtà jitolbu sentenza ġdida li tikkonferma s-sentenza appellata, iżda abbażi ta’ motivi oħrajn.
140.
Qabel kollox, nosserva li fil-konklużjonijiet tagħhom, l-organizzazzjonijiet jitolbu “li tiġi annullata s-sentenza appellata u li tiġi annullata wkoll id-deċiżjoni ta’ inammissibbiltà tal-Kummissjoni”. Sa fejn jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li l-kunċett ta’ att għandu effett dirett, li jippermetti li tiġi eżaminata l-validità tar-Regolament ta’ Århus, l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-ambjent ma humiex qegħdin jitolbu li tiġi “kkompletata” s-sentenza appellata. Fil-fatt, jekk jiġi aċċettat l-ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ effett dirett, dan iwassal għall-annullament tar-raġunament kollu tal-Qorti Ġenerali, li bbażat l-eżami tal-legalità fuq il-ġurisprudenza Fediol vs Il-Kummissjoni u Nakajima vs Il-Kunsill. L-imsemmija organizzazzjonijiet għaldaqstant jikkontestaw is-sentenza Lesoochranárske zoskupenie, mingħajr madankollu ma jressqu argumenti ġuridiċi li jissostanzjaw b’mod speċifiku din it-talba. Effettivament, min-noti tagħhom ma jirriżultax fuq liema bażi tista’ ssir id-dikjarazzjoni ta’ effett dirett sabiex isir stħarriġ tal-legalità tar-Regolament ta’ Århus.
141.
Appell li ma jkun jinkludi l-ebda argument intiż speċifikament sabiex jidentifika l-iżball ta’ liġi li allegatament jivvizzja s-sentenza tal-Qorti Ġenerali għandu jitqies li huwa inammissibbli ( 162 ). Dan huwa l-każ ta’ dan l-appell inċidentali li permezz tiegħu l-partijiet essenzjalment jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli ma ddikjaratx il-pożizzjoni tagħha dwar aspett, mingħajr ma ġie stabbilit l-ebda żball ta’ liġi riżultanti. Effettivament, tali appell, anki jekk ikun appell inċidentali, ma jistax ikun suġġett għal evalwazzjoni legali li tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-missjoni tagħha fil-qasam ikkunsidrat u li b’hekk tagħmel l-istħarriġ tagħha tal-legalità ( 163 ).
142.
Konsegwentement, nipproponi li l-appell inċidentali għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.
VIII – Konklużjoni
143.
Nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja:
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht/Commission (T‑396/09, EU:T:2012:301), sa fejn hija laqgħet it-tieni motiv fl-ewwel istanza u wettqet l-istħarriġ tal-legalità abbażi tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi Fediol vs Il-Kummissjoni (70/87, EU:C:1989:254) u Nakajima vs Il-Kunsill (69/89, EU:C:1991:186);
—
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;
—
tiċħad l-appell inċidentali fil-Kawżi magħquda C‑401/12 P, sa C‑403/12 P;
—
tirriżerva l-ispejjeż.
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) ĠU L 124, p. 1.
( 3 ) Dawn l-appelli huma marbuta mill-qrib ma’ serje ta’ appelli oħra, fil-Kawżi Il-Kunsill u Il-Kummissjoni vs Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe (C‑404/12 P u C‑405/12 P), li fir-rigward tagħhom ser nippreżenta l-konklużjonijiet tiegħi llum ukoll.
( 4 ) Kif ġie propost mill-Avukat Ġenerali Maduro fil-konklużjonijiet fil-kawża li tat lok għas-sentenza tad-9 ta’ Settembru 2008, FIAMM et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C‑120/06 P u C‑121/06 P, EU:C:2008:476), minn perspettiva terminoloġika, għandu jissemma l-effett dirett fil-kuntest tal-implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri u l-“invokabbiltà diretta” għar-regoli internazzjonali li joħorġu minn konvenzjonijiet. Ara wkoll J. Dutheil de la Rochère, “L’effet direct des accords internationaux”, f’Court of Justice and the Construction of Europe, 2013.
( 5 ) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13). Skont l-Artikolu 1 tal-imsemmi regolament, l-għan tiegħu huwa li jikkontribwixxi għall-implementazzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus, billi jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni għall-istituzzjonijiet u għall-korpi tal-Komunità, partikolarment billi jiġi ggarantit id-dritt għall-aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent fil-livell tal-Komunità, taħt il-kundizzjonijiet previsti fir-Regolament.
( 6 ) Ma huwiex ikkontestat li l-organizzazzjonijiet konvenuti fl-appell jissodisfaw dawn il-kriterji.
( 7 ) Sentenzi Fediol vs Il-Kummissjoni (70/87, EU:C:1989:254) u Nakajima vs Il-Kunsill (C‑69/89, EU:C:1991:186).
( 8 ) Ara s-sentenzi Pabst & Richarz (17/81, EU:C:1982:129, punt 27); Demirel (12/86, EU:C:1987:400, punt 14); kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Darmon f’din l-istess kawża (EU:C:1987:232, punt 18). Ara, ukoll, is-sentenzi Racke (C‑162/96, EU:C:1998:293, punt 31); IATA u ELFAA (C‑344/04, EU:C:2006:10, punt 39); Air Transport Association of America et (C‑366/10, EU:C:2011:864, punt 54); u Z (C‑363/12, EU:C:2014:159, punti 84 sa 86).
( 9 ) Ara s-sentenza Lesoochranárske zoskupenie (C‑240/09, EU:C:2011:125) li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma għandux effett dirett.
( 10 ) Din is-sentenza (C‑308/06, EU:C:2008:312, punti 42 sa 45) tgħid hekk: “Mill-Artikolu 300(7) KE jirriżulta li l-istituzzjonijiet tal-Komunità huma marbuta bil-ftehim konklużi minn din tal-aħħar u, għaldaqstant li dawn il-ftehim igawdu s-supremazija fuq l-atti tad-dritt Komunitarju sekondarju. Minn dan isegwi li l-validità ta’ att Komunitarju sekondarju tista’ tiġi affettwata mill-fatt li dan tal-aħħar ikun inkompatibbli ma’ tali regoli tad-dritt internazzjonali. […] il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk tivverifika, b’applikazzjoni tal-Artikolu 234 KE, il-validità tal-att Komunitarju kkonċernat fid-dawl tar-regoli kollha tad-dritt internazzjonali, iżda żewġ kundizzjonijiet għandhom jiġu sodisfatti. L-ewwel nett, il-Komunità trid tkun marbuta b’dawn ir-regoli. It-tieni nett, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżamina l-validità […] biss meta n-natura u l-istruttura ta’ dan tal-aħħar ma jipprekludux tali eżami u meta, barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tiegħu jkunu jidhru, mill-aspett tal-kontenut tagħhom, li huma inkondizzjonati u suffiċjentement preċiżi”.
( 11 ) Sentenza Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Parlament u l-Kunsill (C‑377/98, EU:C:2001:523, punti 52 sa 54). “Huwa paċifiku li, bħala regola, il-legalità ta’ att Komunitarju ma tiddependix mill-konformità tiegħu ma’ ftehim internazzjonali li tiegħu l-Komunità ma tkunx firmatarja […]. Il-legalità tiegħu lanqas ma tista’ tiġi evalwata fir-rigward ta’ strumenti ta’ dritt internazzjonali li, bħall-ftehim tad-WTO u l-ftehim [TRIPS] u OTK […]. Madankollu esklużjoni simili ma tistax tiġi applikata għall-[Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika ffirmata f’Rio de Janeiro fil-5 ta’ Ġunju 1992 (iktar ’il quddiem il-“KDB”)] li, b’differenza mill-ftehim WTO, m’hijiex strettament ibbażata fuq il-prinċipju tar-reċiproċità u tal-vantaġġi reċiproki. Anki jekk nassumu, kif isostni l-Kunsill, li l-KDB fiha dispożizzjonijiet li m’għandhomx effett dirett, fis-sens li dawn ma joħolqux drittijiet li l-individwi jistgħu jinvokaw direttament quddiem qorti, dan il-fatt ma jikkostitwixxix ostaklu għall-istħarriġ ġudizzjarju dwar ir-rispett ta’ l-obbligi imposti fuq il-Komunità bħala parti kontraenti f’dan il-ftehim”.
( 12 ) Deċiżjoni C(2009) 2560 finali.
( 13 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008 (ĠU L 152, p. 1).
( 14 ) It-talba għal intervent tal-Gvern Ċek insostenn tal-Kummissjoni ġiet ippreżentata wara l-iskadenza tat-terminu previst. L-intervent ġie ammess biss għall-finijiet tal-proċedura orali.
( 15 ) EU:C:2011:125.
( 16 ) EU:C:1989:254 u EU:C:1991:186.
( 17 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Chiquita Brands et vs Il-Kummissjoni (T‑19/01, EU:T:2005:31, punt 117).
( 18 ) Dak tal-leġiżlazzjoni antidumping, bl-eċċezzjoni tal-qasam li għalih tirreferi s-sentenza L-Italja vs Il-Kunsill (C‑352/96, EU:C:1998:531) li kien jirrigwarda r-regoli tal-GATT.
( 19 ) Sentenzi Il-Ġermanja vs Il-Kunsill (C‑280/93, EU:C:1994:367, punt 111); Il-Portugall vs Il-Kunsill (C‑149/96, EU:C:1999:574, punt 51); u Van Parys (C‑377/02, EU:C:2005:121, punti 39 sa 42).
( 20 ) Sentenza Chiquita Brands et vs Il-Kummissjoni, (EU:T:2005:31, punti 125 sa 169.
( 21 ) P. Pescatore, “L’application judiciaire des traités internationaux dans la Communauté européenne et dans ses États membres” f’Études de droit des Communautés européennes, Mélanges Teitgen, 1984, p. 356.
( 22 ) Is-sentenza Haegeman (181/73, EU:C:1974:41, p. 449) kienet tirrigwarda l-ftehim ta’ assoċjazzjoni mar-Repubblika Ellenika.
( 23 ) Din l-analiżi ma hijiex unanima fost l-awturi. Fil-fatt, għalkemm ċerti awturi jsostnu l-kunċett monist (P. Pescatore, Die Rechtsprechung des Europaischen Gerichtshofs zur innergemeischaftlichen Wirkung Volkerrechtlicher Abkommen (1986) kif ukoll “L’application judiciaire des traités internationaux [...]”, op. cit, p. 395), oħrajn jiddefendu l-approċċ dualist (T.C. Hartley, International Agreements and the Community Legal System, 8 ELR (1983) 383 u 390). Teżisti wkoll analiżi kkwalifikata li tgħid li ma huwiex wisq utli li tingħata preferenza lil approċċ wieħed u mhux lill-ieħor (Everling, The Law of the External Economic Relations of the EC [f’]Hilf, M. Jacobs, G., u Petersmann, E.-U The European Community and GATT, Kluwer 1986, p. 85 u 95).
( 24 ) Ara G. de Burca, “The ECJ and the international legal order”, [f’]The Worlds of European Constitutionalism, p. 105.
( 25 ) 104/81, EU:C:1982:362.
( 26 ) Ibidem, punt 17. Ara wkoll is-sentenza Demirel (EU:C:1987:400).
( 27 ) Ara, A. Rosas iċċitat minn S. Mardsen: “As far as treaties are concerned, the EU approach is basically a monist one: the treaties concluded by the Council become ipso facto part of EU law, without any need for further measures of transposition or incorporation. The decision by the Council to conclude the agreement thus makes it directly applicable”. “Invoking direct application and effect of international treaties by the European Court of Justice”, International and Comparative Law Quarterly, Vol. 60, Ħarġa 30, p. 737 sa 757.
( 28 ) 270/80, EU:C:1981:286, p. 353.
( 29 ) Sentenzi Demirel (EU:C:1987:400), Andersson u Wåkerås-Andersson, (C‑321/97, EU:C:1999:307) u Jacob Meijer u Eagle International Freight, (C‑304/04 u C‑305/04, EU:C:2005:441). Ara wkoll is-sentenza tal-14 ta’ Novembru 1989, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, (30/88, EU:C:1989:422, punt 13). Fir-rigward tal-komunitarizzazzjoni tal-ftehimiet imħallta, ara s-sentenzi tal-10 ta’ Settembru 1996, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C‑61/94, EU:C:1996:313), u tas-7 ta’ Ottubru 2004, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑239/03, EU:C:2004:598). Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 1997, Opel Austria vs Il-Kunsill (T‑115/94, EU:T:1997:3).
( 30 ) Sentenza International Fruit Company et (21/72 sa 24/72, EU:C:1972:115), ara f’dan is-sens il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mayras. Ara wkoll is-sentenza Air Transport Association of America et (EU:C:2011:864, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll is-sentenza tal-11 ta’ April 2013, HK Danmark (C‑335/11 u C‑337/11, EU:C:2013:222, punt 28).
( 31 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C‑402/05 P u C‑415/05 P, EU:C:2008:461, punt 308).
( 32 ) EU:C:1972:115 (punti 6 u 7).
( 33 ) Ir-regola ta’ interpretazzjoni ġiet iddikjarata għall-ewwel darba fis-sentenza Interfood (92/71, EU:C:1972:30) u ġiet ikkonfermata permezz tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (EU:C:1996:313, punt 52). Ara, iktar reċentement, is-sentenza HK Danmark (EU:C:2013:222).
( 34 ) Ara, G. de Burca, op. cit., iċċitat iktar ’il fuq, p. 106. Ċerti kummentaturi osservaw li l-Unjoni, li hija nfisha nħolqot permezz ta’ trattati internazzjonali, ma għandhiex għażla oħra għajr li tadotta attitudni miftuħa fir-rigward tad-dritt internazzjonali, abbażi tal-prinċipju ta’ “völkerrechtsfreundliche Integration”. Ara, pereżempju, Timmermans, “The EU and Public International Law”, European Foreign Affairs Review, 1999, p. 181 sa 194.
( 35 ) Ara s-sentenzi International Fruit Company et (EU:C:1972:115), kif ukoll Il-Portugall vs Il-Kunsill (EU:C:1999:574). Min-naħa l-oħra, dan l-effett spiss huwa rikonoxxut fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni li fil-kuntest tagħhom l-Unjoni tkun tidher li tinsab f’pożizzjoni b’saħħitha: ara, Klabbers, J. “International Law in Community Law, The Law and Politics of Direct Effect”, Yearbook of European Law (2001) 21(1); p. 263 sa 298. Klabbers isemmi wkoll, fir-rigward tal-ftehimiet konklużi fil-kuntest tal-Kunsill tal-Ewropa, l-applikazzjoni tal-hekk imsejħa klawżola ta’ skonnessjoni (“disconnection clause”) li tistipula li l-Istati kontraenti, filwaqt li huma obbligati li jirrispettaw it-trattat internazzjonali, huma obbligati li jagħtu supremazija, fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Unjoni, lid-dritt tal-Unjoni. Ara C. Economides, “La clause de déconnexion en faveur du droit communautaire, une pratique critiquable”, Revue générale de droit international public (2006) p. 273 sa 302).
( 36 ) M. Waelbroeck, “Enforceability of the EEC-EFTA Free Trade Agreements: A Reply”, European Law Review, 1978, p. 27 u 28.
( 37 ) Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-Kawża Merck Genericos – Produtos Farmacêuticos (C-431/05, EU:C:2007:48, punti 76 sa 79) dwar id-dualiżmu.
( 38 ) EU:C:1972:115.
( 39 ) Fir-rigward tan-nuqqas ta’ effett dirett ta’ dawn il-ftehimiet, ara Kokott, J. “International law - a neglected ‘integral’ part” [f’]De Rome à Lisbonne : les juridictions de l’Union européenne à la croisée des chemins, Bruylant 2013.
( 40 ) Sentenza International Fruit Company et (EU:C:1972:115, punt 21). Barra minn hekk, kien f’din is-sentenza li l-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet li l-Komunità daħlet, b’mod kunsiderevoli, flok l-Istati Membri fid-drittijiet u l-obbligi tagħhom abbażi tal-ftehim tal-GATT.
( 41 ) Ara l-pożizzjoni meħuda mill-panel tad-WTO: Sections US-301-310 of the Trade Act of 1974 WT/DS 152/R, 1999, § 7.72.
( 42 ) Ara, f’dan ir-rigward, M. Slotboom, “A comparison of WTO and EC law”, Cameron, Mejju 2006, p. 65.
( 43 ) Sentenza International Fruit Company et (EU:C:1972:115).
( 44 ) Sentenza Il-Portugall vs Il-Kunsill (EU:C:1999:574, punt 41).
( 45 ) Ibidem, punti 44 u 45.
( 46 ) Sentenzi tat-30 ta’ Settembru 2003, Biret International vs Il-Kunsill (C‑93/02 P, EU:C:2003:517) u FIAMM et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:C:2008:476). Rigward l-invokabbiltà tad-dritt tad-WTO, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Maduro fil-Kawża FIAMM et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:C:2008:98).
( 47 ) Sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kunsill (EU:C:1994:367, punt 109), ikkonfermata bis-sentenza Il-Portugall vs Il-Kunsill (EU:C:1999:574) [il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “il-karatteristiċi partikolari tal-Ftehim Ġenerali, irrilevati mill-Qorti tal-Ġustizzja biex tikkonstata li individwu tal-Komunità ma jistax jinvokah biex jikkontesta l-legalità ta’ att Komunitarju, jipprekludu wkoll li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali biex tevalwa l-legalità ta’ regolament fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat minn Stat Membru abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 173 tat-Trattat”].
( 48 ) Ara Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (EU:C:1996:313).
( 49 ) Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża li tat lok għas-sentenza Intertanko et (EU:C:2007:689, punti 73 u 74). Hija tirreferi għas-sentenzi Fediol vs Il-Kummissjoni (EU:C:1989:254, punti 19 et seq), Nakajima vs Il-Kunsill (EU:C:1991:186, punt 31), Il-Portugall vs Il-Kunsill (EU:C:1999:574, punt 49), Biret International vs Il-Kunsill (EU:C:2003:517, punt 53), u Van Parys (EU:C:2005:121, punt 40).
( 50 ) Sentenzi Hermès (C‑53/96, EU:C:1998:292, punt 35), u tal-14 ta’ Diċembru 2000, Dior et (C‑300/98 u C‑392/98, EU:C:2000:688).
( 51 ) J. Bourgeois, “The European Court of Justice and the WTO” f’Towards a Common Law of International Trade, Weiler, OUP, 2000), p. 103.
( 52 ) P. Eeckhout, External Relations of the European Union, OUP 2004, p. 316.
( 53 ) Sentenza Il-Portugall vs Il-Kunsill (EU:C:1999:574, punt 49); ara, ukoll, is-sentenzi L-Italja vs Il-Kunsill (EU:C:1998:531, punt 19), u Il-Ġermanja vs Il-Kunsill (EU:C:1994:367, punt 111).
( 54 ) ĠU L 252, p. 1.
( 55 ) Għandu jiġi ppreċiżat li fil-kuntest tas-sentenza Fediol vs Il-Kummissjoni, ma kienx il-ftehim per se li ġie invokat, iżda l-att Komunitarju li jservi bħala ħolqa bejn l-Unjoni u d-dritt internazzjonali.
( 56 ) EU:C:2005:121, punti 39 u 40.
( 57 ) Fil-punt 54 tas-sentenza appellata hemm ċitazzjoni ġenerali tas-sentenza Fediol vs Il-Kummissjoni, sussegwentement fil-punt 58 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ssemmi biss referenza espliċita li tinsab fil-punt 18 tar-regolament ta’ Århus meta mqabbel mal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus.
( 58 ) Ara s-sentenza Il-Portugall vs Il-Kunsill (EU:C:1999:574).
( 59 ) Ara s-sentenza Intertanko et (EU:C:2008:312, punt 48).
( 60 ) Ara s-sentenza msejħa “Biotech” (EU:C:2001:523, punt 53).
( 61 ) Ibidem (punt 53).
( 62 ) EU:T:2005:31, punt 117.
( 63 ) Ara s-sentenza Air Transport Association of America et, (EU:C:2011:864, punt 51).
( 64 ) Ibidem (punt 7) u s-sentenza Intertanko et (EU:C:2008:312, punt 44).
( 65 ) Sentenza FIAMM et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (EU:C:2008:476, punt 110).
( 66 ) Fis-sentenza Demirel (EU:C:1987:400), il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi għas-“suġġett u [għa]n-natura tal-ftehim” (punt 14).
( 67 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Kupferberg, (EU:C:1982:362, punt 22); IATA u ELFAA (EU:C:2006:10, punt 39); u Intertanko et (EU:C:2008:312, punt 45).
( 68 ) Ara s-sentenza Demirel (EU:C:1987:400, punt 14), u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Darmon fl-istess kawża (EU:C:1987:232, punt 18); ara wkoll is-sentenza Pêcheurs de l’étang de Berre (C‑213/03, EU:C:2004:464, punt 39).
( 69 ) Ara s-sentenza Demirel (EU:C:1987:400, punt 14). Dwar il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni, ara s-sentenzi Pokrzeptowicz-Meyer (C‑162/00, EU:C:2002:57), Deutscher Handballbund (C‑438/00, EU:C:2003:255), u Simutenkov (C‑265/03, EU:C:2005:213) fejn il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni biex tibbaża l-invokabbiltà tad-dispożizzjoni ta’ konvenzjoni. Ara wkoll il-kummentarju ta’ F. Jacobs, “The Internal Legal Effects of EU’s agreements”, f’A constitutional order of States? Essays in EU Law in honour of A. Dashwood, p. 535. Ara wkoll is-sentenza Toprak u Oguz (C‑300/09 u C‑301/09, EU:C:2010:756).
( 70 ) Ara, a contrario Ioannis Katsivardas – Nikolaos Tsitsikas (C‑160/09, EU:C:2010:293, punt 45).
( 71 ) Sentenza Il-Portugall vs Il-Kunsill (EU:C:1999:574, punt 47); sentenza msejħa “Biotech” (EU:C:2001:523, punt 52), u s-sentenza Dior et (EU:C:2000:688, punt 43). Ara, ukoll, id-digriet OGT Fruchthandelsgesellschaft (C‑307/99, EU:C:2001:228, punt 24) u s-sentenza Van Parys (EU:C:2005:121, punt 39).
( 72 ) Pereżempju l-ftehim tad-WTO, il-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dritt marittimu, il-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-bidla fil-klima tal-11 ta’ Diċembru 1997, u l-ftehim dwar it-traspost bl-ajru “sema miftuħa” bejn il-KE u l-Istati Uniti.
( 73 ) Ara l-ftehimiet KEE-Turkija (pereżempju, is-sentenza Cetinkaya, C‑467/02, EU:C:2004:708), il-ftehim ta’ assoċjazzjoni KEE-Marokk (is-sentenza Kziber, C-18/90, Ġabra p. I-199), il-ftehimiet Ewropej ta’ qabel l-adeżjoni (pereżempju dawk konklużi mar-Repubblika tal-Polonja u mar-Repubblika Ċeka, ara s-sentenza Jany et, C‑268/99, EU:C:2001:616). Fir-rigward tal-ftehimiet konklużi bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Konfederazzjoni Svizzera, ara s-sentenza tat-28 ta’ Frar 2013, Ettwein, (C‑425/11, EU:C:2013:121).
( 74 ) EU:C:2006:10, punt 39.
( 75 ) Intertanko et iċċitata (EU:C:2007:689, punt 59).
( 76 ) Sentenza Intertanko et (EU:C:2008:312, punt 64). Barra minn hekk, wieħed għandu jinnota, fir-rigward ta’ din il-kawża, li l-individwi ma kinux qegħdin jasserixxu drittijiet fl-interess tagħhom stess, iżda pjuttost ipprovaw jiksbu l-verifika tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mal-obbligi internazzjonali tagħhom.
( 77 ) C‑286/90, EU:C:1992:453.
( 78 ) P. Wenneras, “Towards an Ever Greener Union”, (2008) CMLR 45, 2008, 1679. Filwaqt li, fis-sentenza Intertanko et, il-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat li tagħmel stħarriġ tal-legalità b’riferiment għall-konvenzjoni dwar id-dritt marittimu, f’sentenza dwar nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, hija aċċettat li tipproċedi għall-verifika tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma’ din l-istess konvenzjoni (sentenza Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, imsejħa “MOX Plant”, C‑459/03, EU:C:2006:345, punt 121).
( 79 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi hawnhekk għas-sentenzi Ahlström Osakeyhtiö et vs Il-Kummissjoni (89/85, 104/85, 114/85, 116/85, 117/85 u 125/85 sa 129/85, EU:C:1988:447, punti 14 sa 18), kif ukoll Mondiet (C‑405/92, EU:C:1993:906, punti 11 sa 16).
( 80 ) Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara wkoll li “peress li prinċipju tad-dritt internazzjonali konswetudinarju ma għandux l-istess grad ta’ preċiżjoni li jkollha dispożizzjoni ta’ ftehim internazzjonali, l-istħarriġ ġudizzjarju għandu neċessarjament jasal biss sal-kwistjoni li jsir magħruf jekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, meta adottaw l-att inkwistjoni, wettqux żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji”.
( 81 ) Eeckhout, P. jara madankollu fl-imsemmija sentenza xi “enigmatic statements”, CMLR 46 (2009) p. 2052.
( 82 ) Sentenza msejħa “Biotech” (EU:C:2001:523, punt 54. Għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja madankollu rreferiet għas-sentenza Racke dwar id-dritt internazzjonali konswetudinarju (EU:C:1998:293, punti 45, 47 u 51).
( 83 ) EU:C:2011:125, punt 46.
( 84 ) Ibidem, punt 51.
( 85 ) Madankollu ġie osservat li dan l-approċċ seta’ jkun iġġustifikat mill-fatt li l-imsemmija konvenzjoni ġiet konkluża mill-Komunità u mill-Istati Membri kollha tagħha permezz ta’ kompetenza kondiviża, peress li l-Konvenzjoni ta’ Århus hija ftehim imħallat. Ara b’mod partikolari Neframi, E., “Mixed Agreements as a source of European Union Law”, p. 335.
( 86 ) Sentenza Les Verts vs Il-Parlament (294/83, EU:C:1986:166, punt 23).
( 87 ) Ara, D. Simon “La Communauté de droit” [f’]Sudre F., Labayle, H., Réalité et perspectives du droit communautaires, 2000, p. 85.
( 88 ) Ara, dwar dan is-suġġett, is-sentenzi tal-15 ta’ Lulju 2004, Pêcheurs de l’étang de Berre (EU:C:2004:464, punti 42 sa 52); Il-Kummissjoni vs Franza (EU:C:2004:598, punt 29); Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (EU:C:2006:345); Intertanko et (EU:C:2008:312); u Lesoochranárske zoskupenie (EU:C:2011:125).
( 89 ) Ma nikkontestax li oqsma oħrajn huma kkaratterizzati minn fenomenu analogu ta’ stabbiliment tad-dritt f’diversi livelli, bħal pereżempju r-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-politika kummerċjali, it-trasport bl-ajru, eċċ.
( 90 ) G.Betlem, u A. Nollkaemper, “Giving Effect to Public International Law and European Community Law before Domestic Courts”, EJIL 2003, Vol. 14, Nru 3, p. 569 sa 589.
( 91 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trabucchi fil-Kawża Defrenne, imsejħa “Defrenne II” (43/75, EU:C:1976:39).
( 92 ) Pescatore, P. “The Doctrine of“Direct Effect”; An Infant Disease of Community Law”, ELR (1983) 8, p. 155.
( 93 ) It-terminu ttieħed mis-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2011, Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen, (C‑115/09, EU:C:2011:289, punt 41): “kif jirriżulta mill-ħames premessa tad-Direttiva 2003/35, għandhom ikunu allineati kif jixirqu l-liġijiet tal-Unjoni” fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Århus.
( 94 ) Ara, bħala eżempju, analiżi ta’ tali dispożizzjoni fid-dritt tal-Unjoni fis-sentenza Bund für Umwelt und Naturschutz, Landesverband Nordrhein-Westfalen, EU:C:2011:289, punti 55 sa 59.
( 95 ) EU:C:1994:367, punt 109.
( 96 ) Fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità, għandha tiġi osservata r-rilevanza tal-ammissibbiltà tal-eċċezzjoni ta’ illegalità rikonoxxuta mill-Qorti Ġenerali. Effettivament, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet adita b’din il-kawża wara eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma kontra r-Regolament ta’ Århus. Skont il-ġurisprudenza, l-Artikolu 277 TFUE huwa l-esperssjoni ta’ prinċipju ġenerali li jiżgura li kull parti jkollha d-dritt li tikkontesta, sabiex tikseb l-annullament ta’ deċiżjoni li tikkonċernaha direttament u individwalment, il-validità tal-atti istituzzjonali preċedenti, li jikkostitwixxu l-bażi legali tad-deċiżjoni kkontestata, jekk din il-parti ma jkollhiex dritt li tippreżenta rikors diretta kontra dawn l-atti, li hija ssofri l-konsegwenzi tagħhom mingħajr ma kienet f’pożizzjoni li titlob l-annullament tagħhom (ara s-sentenza tas-6 ta’ Marzu 1979, Simmenthal vs Il-Kummissjoni, 92/78, EU:C:1979:53). Il-possibbiltà li tiġi invokata l-eċċezzjoni tal-illegalità b’hekk tippresupponi l-ammissibbiltà tar-rikors li fih ġiet imqajma (is-sentenza tas-26 ta’ Ottubru 2000, Ripa di Meana et vs Il-Parlament, T‑83/99 sa T‑85/99, EU:T:2000:244, punt 35). Minn dan isegwi li l-eċċezzjoni ta’ illegalità għandha għaldaqstant tkun miftuħa għall-partijiet kontra atti li huma ma jistgħux jikkontestaw direttament permezz ta’ rikors għal annullament (sentenza tat-12 ta’ Lulju 2001, Kik/OHMI, T‑120/99, EU:T:2001:189).
( 97 ) Ara, ex multis, Manin, P., “À propos de l’accord instituant l’OMC”, RTDE 1997; Klabbers, J., op. cit; Lenaerts, K. u Corthauts, T. “On birds and hedges”, E.L. Rev. 2006, 31(3), p. 287 sa 315, punt 298; Pavoni, R., “Controversial aspects of the interaction between international and EU law in environmental matters: direct effects and Members State’s unilateral measures”, f’The EU external Environmental Policy of the European Union, Cambridge University Press 2012, p. 347 sa 377. Barra minn hekk, ġie propost li jinqaleb l-ordni tar-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja li janalizza qabel kollox id-dispożizzjoni, sabiex jiġi vverifikat jekk tissodisfax il-kriterju ta’ effett dirett (natura ċara, preċiża u inkundizzjonata) sabiex sussegwentement jiġi analizzat il-ftehim innifsu. Ara, Jacobs, F. “The Internal Legal Effects of EU’s agreements”, op. cit., p. 532.
( 98 ) L-Avukat Ġenerali Gulmann stabbilixxa din id-distinzjoni filwaqt li sostna li l-approċċ monist, li jimplika li l-ftehimiet internazzjonali jifformaw parti integrali mid-dritt tal-Unjoni, ma għandux il-konsegwenza li dawn tal-aħħar jistgħu jikkostitwixxu parametru għall-eżami tal-legalità tal-atti tad-dritt tal-Unjoni. Fil-fehma tiegħu, “jista’ jkun il-każ li, minkejja n-nuqqas ta’ effett dirett, wieħed jista’ jinvoka ftehim, fil-kuntest ta’ rikors abbażi tal-Artikolu 173 tat-Trattat; iżda jista’ jkun ukoll il-każ li l-motivi li jwasslu għaċ-ċaħda tal-effett dirett tal-ftehim ma jkunux ta’ tali natura li jkollhom, barra minn hekk, iwasslu biex jitwarrab il-ftehim inkwantu element bażiku li fuqu l-Qorti tal-Ġustizzja twettaq l-istħarriġ tagħha tal-legalità”. Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet fil-Kawża Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, (EU:C:1994:235, punt 137.
( 99 ) Ara, P. Manin, op. cit.
( 100 ) K. Lenaerts u Corthauts T., “On birds and hedges”; op. cit., punt 299. “the invoked articles need to be unconditional and sufficiently precise, but only to the extent that they must be apt to serve as yardstick for review, not in the sense that they confer rights on individuals as required in cases involving direct effect”.
( 101 ) M. Prieur, “La convention d’Aarhus, instrument universel de la démocratie environnementale”, RJE, 1999, p. 9, iċċitat minn J. Guiorguieff, “Les règles de recevabilité concernant les actions des particuliers et la convention d’Aarhus”, R.A.E, 2012/3, p. 629.
( 102 ) Sentenzi Lesoochranárske zoskupenie (EU:C:2011:125, punt 31) u Haegeman (EU:C:1974:41). Ara, b’analoġija, b’mod partikolari, sentenzi IATA u ELFAA (EU:C:2006:10, punt 36), u Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (EU:C:2006:345, punt 82).
( 103 ) Sentenza Lesoochranárske zoskupenie (EU:C:2011:125, punt 30) (il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi, b’mod partikolari, għas-sentenzi Haegeman, EU:C:1974:41, punti 4 sa 6, u Demirel, EU:C:1987:400, punt 7).
( 104 ) Ara s-sentenzi Boxus et (C‑128/09 sa C-131/09, C‑134/09 u C‑135/09, EU:C:2011:667); Križan et (C‑416/10, EU:C:2013:8); Edwards u Pallikaropoulos (C‑260/11, EU:C:2013:221); Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen (EU:C:2011:289); Lesoochranárske zoskupenie (EU:C:2011:125); kif ukoll il-konklużjonijiet tat-12 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (C‑530/11, attwalment għadha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja).
( 105 ) Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, The Aarhus Convention: An Implementation Guide, It-Tieni Edizzjoni, 2013, p. 6; U. Beyerlin, J. Grote Stoutenburg, , “Environment, International Protection”, taħt it-tmexxija ta’ R. Wolfrum, Max Planck Encyclopedia of Public International Law, punt 73.
( 106 ) Ara, għal applikazzjoni ta’ dan il-kriterju, is-sentenza msejħa “Biotech” (EU:C:2001:523, punti 51 sa 53).
( 107 ) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-konferenza ta’ Almaty dwar il-Konvenzjoni ta’ Århus, P6_TA(2005)0176.
( 108 ) EU:C:2011:125, punt 45.
( 109 ) Ibidem (punt 46).
( 110 ) Digriet bit-titolu “Besluit derogatie (luchtkwaliteitseisen)”, ippubblikat fl-iStaatsblad 2009, Nru 366.
( 111 ) Ara s-sentenza IATA u ELFAA (EU:C:2006:10, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 112 ) Ara l-premessi 8 u 18 tal-Konvenzjoni ta’ Århus.
( 113 ) Bl-eċċezzjoni tal-atti adottati fil-kuntest tal-attivitajiet leġiżlattivi jew ġudizzjarji, ara l-konklużjonijiet paralleli tiegħi fil-Kawżi Il-Kunsill u Il-Kummissjoni vs Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe (C‑404/12P u C‑405/12 P).
( 114 ) S. Stec u S. Casey-Lefkowitz, ,The Aarhus Convention, An Implementation Guide, p. 23 sa 25.
( 115 ) Ara K. Andrusevyvh, Case Law of the Aarhus Convention, 2004-2011, p. 80.
( 116 ) L-Artikolu 9(3) għandu jinqara fid-dawl tal-preambolu u ta’ dispożizzjonijiet oħrajn bħall-Artikoli 1 u 3 tal-Konvenzjoni. B’mod konformi mar-rieda tal-partijiet, il-pubbliku, inklużi l-organizzazzjonijiet, għandu jkollu dritt ta’ aċċess għal mekkaniżmi effikaċi sabiex ikun jista’ jipproteġi l-interessi leġittimi tiegħu (ara l-premessa 18 tal-preambolu).
( 117 ) Id-dritt tal-Unjoni huwa assimilat, għal dan il-għan, mad-dritt nazzjonali: ara l-Komunikazzjoni ACCC/C/2008/32, punt 76.
( 118 ) C. Larssen, B. Jadot, “La convention d’Aarhus”, p. 219 f’L’accès à la justice en matière d’environnement, Bruylant 2005.
( 119 ) Sentenza Boxus et, (EU:C:2011:667, punt 53).
( 120 ) Ara, fir-rigward tal-premessa 5 tad-Direttiva 2003/35 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466), is-sentenzi Edwards u Pallikaropoulos (EU:C:2013:221, punt 26) u Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen (EU:C:2011:289, punt 41). Fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 75, p. 40) għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni, ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Solvay et (C‑182/10, EU:C:2012:82, punt 42).
( 121 ) Kumitat għall-eżaminazzjoni tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, 14 ta’ Ġunju 2005, Komunikazzjoni ACCC/C/2005/11 (il-Belġju).
( 122 ) Ara s-sentenza Boxus et, (EU:C:2011:667).
( 123 ) Komunikazzjoni ACCC/C/2008/32 (UE), (, punt 88).
( 124 ) Sentenza Solvay et, (EU:C:2012:82, punt 28).
( 125 ) Ara s-sentenza Edwards u Pallikaropoulos, (EU:C:2013:221, punt 34): “anki jekk id-dokument ippubblikat fis-sena 2000 mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, intitolat ’Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, gwida ta’ applikazzjoni’, ma jistax jagħti interpretazzjoni vinkolanti ta’ din il-konvenzjoni, jista’ jiġi rrilevat li dan jispeċifika li l-ispiża ta’ proċedura ta’ rimedju taħt il-konvenzjoni jew sabiex jiġi applikat id-dritt nazzjonali tal-ambjent ma tistax tkun tant għolja li l-membri tal-pubbliku jkunu preklużi milli jressqu azzjoni meta dawn iqisu tali azzjoni neċessarja”.
( 126 ) C‑279/12, EU:C:2013:853.
( 127 ) ĠU L 41, p. 26.
( 128 ) , p. 131: “The provision potentially covers a wide range of administrative and judicial procedures, including the ‘citizen enforcement’ concept, in which members of the public are given standing to directly enforce environmental law in court. The obligation can also be met, for example, by providing for the opportunity to initiate an administrative procedure. Regardless of the particular mechanism, the Convention makes it abundantly clear that it is not only the province of environmental authorities and public prosecutors to enforce environmental law, but that the public also has a role to play.”
( 129 ) , p. 125: “Provides review procedures for public review of acts and omissions of private persons or public authorities concerning national law relating to the environment.”
( 130 ) , p. 130.
( 131 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Cilfit et (283/81, EU:C:1982:335, punt 20). Il-ġenesi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tista’ tiżvela wkoll elementi rilevanti għall-interpretazzjoni tagħha (is-sentenza tas-27 ta’ Novembru 2012, Pringle, C‑370/12, punt 135).
( 132 ) COM(2003) 622 finali 2003/0242 COD, p. 17.
( 133 ) Mill-premessa 11 tad-Direttiva 2003/35 jirriżulta li din id-direttiva ġiet adottata sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun “kompatibbli fis-sħiħ mal-konvenzjoni ta’ Århus, b’mod partikolari […] l-Artikolu 9(2) [...] tagħha”. (Ara, barra minn hekk, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-Kawża Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, C‑530/11, EU:C:2013:554, u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-kawża li tat lok għas-sentenza Gemeinde Altrip et, C‑72/12, EU:C:2013:712). Il-premessa 5 tad-Direttiva 2003/4 tippreċiża wkoll li, meta adotta din id-direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jiżgura l-kompatibbiltà tad-dritt tal-Unjoni mal-Konvenzjoni ta’ Århus fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess għat-tagħrif ambjentali (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Flachglas Torgau, C‑204/09, EU:C:2012:71, punt 31).
( 134 ) Effettivament, f’dak li jirrigwarda l-aċċess għall-ġustizzja, dawk li qabel kienu l-Artikoli 230 KE u 232 KE, li kienu jiggarantixxu l-aċċess għall-ġustizzja tal-UE kienu applikabbli. Dawn id-dispożizzjonijiet ma kinux jippermettu li l-Komunità tirratifika l-Konvenzjoni inkwantu d-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni huma, għal uħud fosthom, iktar dettaljati jew iktar ambizzjużi mid-dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti. Ara COM(2003) 622 finali 2003/0242 COD, p. 3.
( 135 ) L-abbozz ta’ direttiva dwar l-aċċess għall-ġustizzja fil-qasam ambjentali li hija intiża biex tiddefinixxi r-rekwiżiti minimi kollha relatati mal-aċċess għall-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji fil-qasam tal-ambjent, li b’hekk jittrasponu fid-dritt tal-Unjoni u f’dak tal-Istati Membri, it-tielet pilastru tal-Konvenzjoni ta’ Århus. Ara, COM(2003) 624 finali.
( 136 ) Report by the Compliance Committee on the Compliance by the European Community with its obligation under the Convention presented to the Third meeting of the Parties to the Convention (Kazokiskes Report) .
( 137 ) COM(2003) 622 finali 2003/0242 COD.
( 138 ) Jirriżulta mix-xogħol leġiżlattiv li sar qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Århus li “[l-]opzjoni li tikkonsisti fir-rikonoxximent ta’ dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent lil kull persuna fiżika jew ġuridika ma ġietx ikkunsidrata bħala soluzzjoni razzjonali […]. Effettivament, dan jimplika li jiġu emendati l-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat KE: dan il-prinċipju b’hekk ma jistax jiġi stabbilit f’dispożizzjonijiet tad-dritt derivat. Il-proposta b’hekk ipprevediet li l-locus standi in judicio jiġi limitat għal ‘entitajiet ikkwalifikati’”. Ara l-proposta ta’ regolament COM(2003) 622 finali, p. 17.
( 139 ) COM(2003) 622 finali, p. 28. Għandu jiġi osservat li l-kwistjoni tal-esklużjoni tal-atti adottati fl-eżerċizzju tas-setgħat leġiżlattivi jew ġudizzjarji ġiet distinta sa mill-bidu nett minn dik tal-esklużjoni tal-atti adottati fil-kwalità ta’ korp ta’ kontroll amministrattiv (għajnuna mill-Istat, ksur, medjazzjoni, OLAF, eċċ.) (ibidem, p. 11).
( 140 ) Pożizzjoni komuni tal-20 ta’ April 2005, 6273/05, (ENV 57, JUSTCIV 24 INF 38 ONU 10 CODEC 81 OC 80).
( 141 ) Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-finijiet tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-KE tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni ta’ Århus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent (6273/2/2005 – C6-0297/2005 – 2003/0242(COD)). Sa mill-istadju tal-pożizzjoni komuni, ir-Renju tal-Belġju osserva inkompatibbiltà mal-Konvenzjoni ta’ Århus, inkwantu d-dispożizzjonijiet għandhom l-effett li jirrestrinġu indebitament l-aċċess għall-mezzi ta’ rikors tal-membri tal-pubbliku li l-istituzzjonijiet huma obbligati li jiggarantixxu b’mod konformi mal-Konvenzjoni. Ara, f’dan ir-rigward, id-dikjarazzjoni tar-Renju tal-Belġju: .
( 142 ) Għal analiżi iktar kompleta tad-diffikultajiet tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid, ara M. Pallemaerts, “Acces to Environmental Justice at EU level”, f’The Aarhus Convention at Ten, Interactions and Tensions between Conventional International Law and EU Environmental Law, Europa Law Publishing, 2001.
( 143 ) Għaldaqstant dawn huma mhux biss atti adottati abbażi tal-Artikolu 191 TFUE, iżda wkoll atti li għandhom bażi legali doppja (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, C‑94/03, EU:C:2006:2, u Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C‑411/06, EU:C:2009:518).
( 144 ) Bil-kontra ta’ atti ta’ portata ġenerali li japplikaw għal sitwazzjonijiet speċifiċi oġġettivament u li joħolqu effetti legali fil-konfront ta’ kategoriji ta’ persuni previsti b’mod ġenerali u astratt (ara s-sentenza Calpak u Società Emiliana Lavorazione Frutta vs Il-Kummissjoni, 789/79 u 790/79, EU:C:1980:159, punt 9).
( 145 ) Sentenza tad-9 ta’ Ġunju 1964, Acciaierie Fonderie Ferriere di Modena vs L-Awtorità Għolja (55/63 sa 59/63 u 61/63 sa 63/63, EU:C:1964:37).
( 146 ) Konklużjonijiet maħruġa konġuntament fit-8 ta’ Mejju 2014.
( 147 ) Għall-aspetti proċedurali, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/50/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2007, li tistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Konvenzjoni ta’ Aarhus fir-rigward ta’ talbiet għal reviżjoni interna tal-atti amministrattivi (ĠU 2008, L 13, p. 24).
( 148 ) Artikolu 64 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni.
( 149 ) Ara, l-proċedura b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432) – Risposta tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 2008 ippubblikata fuq is-sit .
( 150 ) B’hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-talba għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni li tapprova programm ta’ assistenza tal-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali, għalkemm ġuridikament vinkolanti, kienet nieqsa minn effetti esterni għaliex l-Istat Membru seta’ jiddetermina l-proġetti eliġibbli (ara r-risposta tal-Kummissjoni lill-Ekologicky Pravni Servis tas-6 ta’ Awwissu 2008, ippubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni: ). Fuq il-bażi tal-istess motivi, il-Kummissjoni ċaħdet bħala inammissibbli talba għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni li tistabbilixxi “short-list” tal-kandidati għall-kariga ta’ direttur eżekuttiv tal-aġenzija REACH (risposta tal-Kummissjoni lill-Ekologicky Pravni Servis tas-6 ta’ Awwissu 2008, ippubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni: ).
( 151 ) Kif diġà osservajt, ir-Regolament ta’ Århus ġie kkunsidrat mill-Kumitat (Aarhus Convention Compliance Committee) bħala restrittiv iżżejjed, jew inkompatibbli mal-Konvenzjoni. “The scope of the Aarhus Regulation is far more restrictive than that of the Aarhus Convention, and so the Regulation fails to fully implement the Convention. This causes three specific problems. First, it appears to make it impossible to challenge a whole range of EC institutions and bodies’ decisions. Second, it fails to transpose of article 9(2) of the Convention. Third, it incorrectly transposes article 9(3) of the Convention”. , p. 20.
( 152 ) Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80).
( 153 ) Sentenza Križan et (EU:C:2013:8, punt 106).
( 154 ) Sentenzi Boxus et (EU:C:2011:667, punt 53) u Deutsche Umwelthilfe (C‑515/11, EU:C:2013:523).
( 155 ) Ara d-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjaw l-adozzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Århus. “Fully supporting the objectives pursued by the Convention and considering that the EC itself is being actively involved in the protection of the environment through a comprehensive and evolving set of legislation, it was felt important not only to sign up to the Convention at the Community level but also to cover its own institutions, alongside national public authorities”, dikjarazzjoni riprodotta minn: M. Pallemaerts “Access to Environmental Justice at EU level”, op. cit., p. 273. Ara wkoll id-Deċiżjoni 2005/370.
( 156 ) Il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi ġie stabbilit permezz tas-sentenza Interfood (EU:C:1972:30). Ara s-sentenza Kupferberg (EU:C:1982:362, punt 14).
( 157 ) Sentenzi Hermès (EU:C:1998:292, punt 28); Safety Hi-Tech (C‑284/95, EU:C:1998:352, punt 22) u Bellio F.lli (C‑286/02, EU:C:2004:212, punt 33).
( 158 ) D. Simon, “La panacée de l’interprétation conforme”, [f’]De Rome à Lisbonne: les juridictions de l’Union européenne à la croisée des chemins, Bruylant 2013, p. 284.
( 159 ) Sentenza Microsoft vs Il-Kummissjoni (T‑201/04, EU:T:2007:289, punt 798).
( 160 ) Regola ddikjarata, fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, pereżempju, fis-sentenza Dominguez (C‑282/10, EU:C:2012:33, punt 25).
( 161 ) Fir-rigward tan-natura kundizzjonata tal-appell inċidentali, niddubita li dan l-aspett biss jista’ jkun aggravju ta’ inammissibbiltà. Fil-fatt, jidhirli li l-appell inċidentali huwa kundizzjonat min-natura tiegħu stess, għaliex jiddependi mill-eżitu riżervat għall-aggravji fil-kuntest tal-appell prinċipali.
( 162 ) Ara, f’dan is-sens, id-digriet tas-6 ta’ Frar 2014, Thesing u Bloomberg Finance vs BĊE (C‑28/13 P, EU:C:2014:96, punt 25).
( 163 ) Sentenza Wam Industriale vs Il-Kummissjoni (C‑560/12 P, EU:C:2013:726, punt 44).
Full & Egal Universal Law Academy