31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Jannar 2012 — Trianon Productie BV vs Revillon Chocolatier SAS
(Kawża C-2/12)
2012/C 98/15
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TRIANON PRODUCTIE BV
Konvenuta: REVILLON CHOCOLATIER SOCIÉTÉ PAR ACTIONS SIMPLIFIÉE
Domandi preliminari
(1)
Ir-raġunijiet tar-rifjut jew ta’ invalidità prevista fl-Artikolu 3(1)(e)(iii) tad-Direttiva 89/104/KEE, hekk kif ġiet ikkodifikata bid-Direttiva 2008/95/KE, jiġifieri li t-trade marks (plastik) ma jistgħux ikunu jikkonsistu biss minn għamla li tagħti valur sostanzjali lill-merkanzija, jirrigwardaw ir-raġuni (jew ir-raġunijiet) għad-deċiżjoni ta’ xiri tal-pubbliku rilevanti?
(2)
L-“għamla li tagħti valur sostanzjali lill-merkanzija”, taqa’ fi ħdan l-imsemmija dispożizzjoni
(a)
fil-każ biss li tali għamla trid tiġi meqjusa bħala l-valur prinċipali jew predominanti meta mqabbla ma’ valuri oħra (abbażi tal-gosti fit-togħma jew sustanza, fil-każ tal-ikel), jew
(b)
anki meta l-merkanzija għandha valuri oħra, li għandhom jiġu meqjusa bħala sostanzjali wkoll, flimkien mal-valur prinċipali jew predominanti?
(3)
Sabiex tingħata risposta għat-tieni domanda, il-kunċett ta’ maġġoranza tal-pubbliku li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni huwa determinanti jew il-Qorti tista’ tikkonkludi li l-kunċett ta’ parti mill-pubbliku huwa biżżejjed sabiex il-valur fil-kawża jiġi kkwalifikat bħala “sostanzjali” skont id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq?
(4)
Jekk ir-risposta mogħtija għat-tielet domanda tkun f’dan l-aħħar sens, kemm għandha tkun kbira din il-parti tal-pubbliku?
Full & Egal Universal Law Academy