3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fl-4 ta’ Jannar 2012 — Nadežda Riežniece vs Latvijas Republikas Zemkopības ministrija
(Kawża C-7/12)
2012/C 65/17
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nadežda Riežniece.
Konvenut: Latvijas Republikas Zemkopības ministrija.
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (1) u dawk tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE (2), tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, għandhom jiġu interpretati fis-sens li min iħaddem huwa pprojbit milli jieħu miżuri (u b’mod partikolari milli jevalwa lil ħaddiem fl-assenza tiegħu) li b’riżultat tagħhom mara li tinsab fuq leave parentali tista’ titlef il-post tagħha meta tirritorna għax-xogħol?
(2)
Ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun differenti jekk il-miżura meħuda minn min iħaddem hija mmotivata minn użu aħjar tan-numru tal-uffiċjali u mit-tneħħija ta’ postijiet tax-xogħol fl-amministrazzjonijiet kollha tal-Istat, minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi nazzjonali?
(3)
L-evalwazzjoni tax-xogħol u tal-merti tar-rikorrenti, li tieħu inkunsiderazzjoni l-aħħar evalwazzjoni annwali tal-attivitajiet tagħha u tar-riżultati tagħha qabel il-leave parentali, imqabbla ma’ dik ta’ uffiċjali oħra li baqgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom (li, barra minn hekk, ippermettilhom ukoll jgħollu l-livell ta’ merti tagħhom), u li tapplika kriterji ta’ evalwazzjoni ġodda, għandha titqies bħala diskriminazzjoni indiretta?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 255
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285
Full & Egal Universal Law Academy