10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de commerce de Verviers (il-Belġju) fis-6 ta’ Jannar 2012 — Corman-Collins SA vs La Maison du Whisky SA
(Kawża C-9/12)
2012/C 73/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de commerce de Verviers
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Corman-Collins SA
Konvenuta: La Maison du Whisky SA
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 2 tar-Regolament 44/2001 (1), possibilment flimkien mal-Artikoli 5(1)(a) jew (b), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi regola ta’ ġurisdizzjoni, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 4 tal-liġi Belġjana tas-27 ta’ Lulju 1961, li tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati Belġjani, meta l-konċessjonarju huwa stabbilit fil-Belġju u meta l-konċessjoni ta’ bejgħ tipproduċi l-effetti kollha tagħha jew parti minnhom f’dan l-istess territorju, irrispettivament mill-post ta’ stabbiliment tal-konċedent, meta dan tal-aħħar huwa konvenut?
(2)
L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal kuntratt ta’ konċessjoni ta’ bejgħ ta’ merkanzija, li permezz tiegħu parti tixtri prodotti mingħand oħra, sabiex jerġgħu jinbigħu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor?
(3)
Jekk ir-risposta għal din id-domanda tkun fin-negattiv, l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jirreferi għal kuntratt ta’ konċessjoni ta’ bejgħ, bħal dak inkwistjoni bejn il-partijiet?
(4)
Jekk ir-risposta għaż-żewġ domandi preċedenti tkun fin-negattiv, l-obbligu kontenzjuż fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt ta’ konċessjoni ta’ bejgħ huwa dak tal-bejjiegħ-konċedent jew dak tax-xerrej-konċessjonarju?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy