31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Jannar 2012 — Maatschap L.A., D.A.B. Langestraat u P. Langestraat-Troost vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie
(Kawża C-11/12)
2012/C 98/17
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maatschap L.A., D.A.B. Langestraat u P. Langestraat-Troost
Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie
Domanda preliminari
L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jiġi impost tnaqqis jew esklużjoni fuq il-bidwi li ressaq talba għal għajnuna, bħal dak li jiġi impost, għan-nuqqas ta’ konformità kkonstatat, fuq il-veru persuna li wettqet il-ksur, li lilha jew permezz tagħha l-art ġiet ittrasferita, jekk din il-persuna li wettqet il-ksur kienet ressqet hija stess it-talba? Jew id-dispożizzjoni tfisser biss li n-nuqqas ta’ konformità kkonstatat huwa imputat lil dik il-persuna li ressqet it-talba għal għajnuna iżda li l-livell ta’ negliġenza, ta’ tort jew ta’ dolus tal-bidwi stess għadhom iridu jiġu ddeterminati sabiex tittieħed deċiżjoni dwar (ir-rata) tat-tnaqqis jew tal-esklużjoni?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).
Full & Egal Universal Law Academy