10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/23
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2012 minn Sheilesh Shah, Akhil Shah kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħtija fl-10 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-313/10 — Three-N-Products Private Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-14/12 P)
2012/C 73/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Sheilesh Shah, Akhil Shah (rappreżentant: M. Chapple, Barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Three-N-Products Private Ltd.
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza;
—
tikkonferma d-deċiżjoni;
—
tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja;
—
tikkundanna lill-partijiet l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż tal-appellanti fir-rigward ta’ dan l-appell, tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tal-proċedimenti li wasslu għad-deċiżjoni.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jissottomettu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-punti li ġejjin:
Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li ma kien hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark inkwistjoni u ż-żewġ trade marks preċedentement irreġistrati, li fuqhom jistrieħu l-partijiet l-oħra fil-proċedura (waħda hija t-trade mark verbali AYUR u l-oħra t-trade mark figurattiva li tinkludi l-kliem AYUR), minħabba l-karattru distintiv dgħajjef tat-trade marks preċedenti u s-similarità globali dgħajfa bejn is-sinjali inkwistjoni.
B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddikjarat li għalkemm l-ittri U u I miżjuda rispettivament fin-nofs u fl-aħħar tal-kelma AYUR, jagħmlu differenza lit-trade mark inkwistjoni, tali differenza “ma hijex biżżejjed sabiex tattira l-attenzjoni tal-konsumatur”.
Kif ukoll u b’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li ma kien hemm ebda differenza importanti u sostanzjali fuq il-pjan viżiv, fonetiku u kunċettwali bejn is-sinjali kunfliġġenti.
Full & Egal Universal Law Academy