28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Törvényszék (l-Ungerija) fit-13 ta’ Jannar 2012 — HERMES Hitel és Faktor Zrt. vs Nemzeti Földalapkezelő Szervezet
(Kawża C-16/12)
2012/C 126/06
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Gyulai Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HERMES Hitel és Faktor Zrt
Konvenut: Nemzeti Földalapkezelő Szervezet
Domandi preliminari
(1)
Il-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ aspettativi leġittimi, ikkunsidrat bħala prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan il-prinċipju jostakola Stat Membru milli joħloq dispożizzjoni legali li temenda, bi preġudizzjoni għall-parti l-oħra fil-kuntratt, il-kontenut ta’ kuntratt li l-imsemmi Stat ikkonkluda bħala proprjetarju, sa fejn din id-dispożizzjoni l-ġdida tikkwalifika l-oġġett ta’ dan il-kuntratt bħala beni extra commercium, u dan iqiegħed lill-imsemmija parti l-oħra fil-kuntratt fl-impossibbilità li teżerċita d-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt inkwistjoni?
(2)
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, il-qorti nazzjonali għandha l-obbligu, skont il-prinċipju ta’ lealtà Komunitarja stabbilit fl-Artikolu 4(3)TUE u fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li twarrab id-dispożizzjoni legali nazzjonali li tikkwalifika l-oġġett tal-kuntratt bħala beni extra commercium, u li tikkwalifikaha hija stess bħala beni in commercium, minkejja dispożizzjonijiet kuntrarji għad-dispożizzjoni legali nazzjonali?
Full & Egal Universal Law Academy