31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fis-17 ta’ Jannar 2012 — Katarína Hassová vs Rastislav Petrík, Blanka Holingová
(Kawża C-22/12)
2012/C 98/22
Lingwa tal-kawża: l-Islovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Katarína Hassová
Konvenuta: Rastislav Petrík, Blanka Holingová
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (1) u 3(1) tad-Direttiva 72/166 KEE (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali (bħal dik li tinsab fl-Artikolu 4 tal-Liġi Slovakka Nru 381/2001 dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur u l-Artikolu 6 tal-Liġi Ċeka Nru 168/1999 dwar ir-responsabbiltà għad-danni li tirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur), li permezz tagħha r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur ma tkoprix id-danni mhux patrimonjali, imsarrfin f’forma pekunjarja, ikkawżati lis-superstiti tal-vittmi ta’ inċident li jirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur?
(2)
F’każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda li d-dispożizzjoni inkwistjoni ma tmurx kontra d-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4(1), (2) u (4) tal-Liġi Slovakka Nru 381/2001 dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur u l-Artikolu 6(1) sa (3) tal-Liġi Ċeka Nru 168/1999 dwar ir-responsabbiltà għad-danni li tirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux qorti nazzjonali, skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-ewwel subparagrafu tal-Artikoli 1 tad-Direttiva 90/232 u 3(1) tad-Direttiva 72/166 KEE, milli tirrikonoxxi d-dritt għall-kumpens għad-danni mhux patrimonjali ikkawżati lis-superstiti tal-vittmi ta’ inċident li jirriżulta mill-użu ta’ vettura bil-mutur bħala persuni li sofrew dannu, ukoll f’forma pekunjarja?
(1) ĠU L 129, p. 133.
(2) Direttiva Tal-Kunsill, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy