17.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fis-17 ta’ Jannar 2012 — Mohamad Zakaria
(Kawża C-23/12)
2012/C 80/18
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mohamad Zakaria
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), jipprovdi li persuna għandha d-dritt li tippreżenta rikors mhux biss kontra ċ-ċaħda ta’ dħul, iżda wkoll kontra l-ksur imwettaq matul il-proċedura ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni li tawtorizza d-dħul?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, id-dispożizzoni ċċitata iktar ’il fuq tipprovdi li, fid-dawl tal-premessa 28 tar-Regolament Nru 526/2006 u tal-Artikolu 6(1) tiegħu, kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru għandu l-obbligu li jiżgura rikors effettiv quddiem qorti?
(3)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv u jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv, l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 jipprovdi li, fid-dawl tal-premessa 20 tar-Regolament Nru 562/2006 u tal-Artikolu 6(1) tiegħu kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru għandu l-obbligu li jiżgura rikors effettiv quddiem korp amministrattiv li jipprovdi, fil-livell istituzzjonali u funzjonali, l-istess garanziji bħal qorti?
Full & Egal Universal Law Academy