31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/16
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-29/12)
2012/C 98/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M. Noll-Ehlers, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tikkonstata li, billi ma adottatx kompletament il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/131/KE, tas-16 ta’ Ottubru 2009, li temenda l-Anness VII għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1) jew ma kkomunikathomx kompletament lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/131/KE skada fid-19 ta’ Lulju 2010.
(1) ĠU L 273, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy