31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (is-Slovakkja) fit-23 ta’ Jannar 2012 — Valéria Marcinová vs Pohotovosť s.r.o.
(Kawża C-30/12)
2012/C 98/27
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Prešov (is-Slovakkja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Valéria Marcinová
Konvenuta: Pohotovosť, s.r.o.
Domanda preliminari
L-Artikoli 38 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 169 TFUE jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fuq il-bażi ta’ ftehim dwar tnaqqis mis-salarju, dan it-tnaqqis isir fil-konfront tal-konsumatur mingħajr ebda kontroll ġudizzjarju ta’ klawżoli abbużivi u li l-konsumatur ma għandu l-ebda possibbiltà diretta li jwaqqaf dan it-tnaqqis?
Full & Egal Universal Law Academy