9.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Zakopanem (il-Polonja) fit-23 ta’ Jannar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Wojciech Ziemski, Andrzej Kozak
(Kawża C-31/12)
2012/C 165/12
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Zakopanem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Wojciech Ziemski, Andrzej Kozak
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337) għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni leġiżlattiva li tistabbilixxi l-kunċetti u l-projbizzjonijiet leġali deskritti fl-Artikolu 29 tal-Liġi tad-19 ta’ Novembru 2009 dwar il-logħob tal-ażżard (ustawa z dnia 19 listopada 2009 r. o grach hazardowych, Dz. U. Nru 201, pożizzjoni 1540, kif emendata) taqa’ taħt ir-regolamenti tekniċi li l-abbozzi tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva?
Full & Egal Universal Law Academy