31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia (Spanja) fit-23 ta’ Jannar 2012 — Soledad Duarte Hueros vs Autociba S.A., Automóviles Citroen España S.A.
(Kawża C-32/12)
2012/C 98/28
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia de Badajoz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Soledad Duarte Hueros
Konvenuti: Autociba S.A., Automóviles Citroen España S.A.
Domanda preliminari
(1)
Fl-ipotesi fejn, fin-nuqqas ta’ konformità ta’ beni — peress li, minkejja li kienet intalbet diversi drabi, it-tiswija ma saritx — konsumatur jitlob unikament permezz ta’ azzjoni ġudizzjarja t-tħassir tal-kuntratt, u li dan it-tħassir ma huwiex xieraq, peress li n-nuqqas ta’ konformità huwa żgħir, il-qorti tista’ ex officio tagħti lill-konsumatur tnaqqis xieraq tal-prezz?
Full & Egal Universal Law Academy