28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-24 ta’ Jannar 2012 — Körös-Vidéki Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
(Kawża C-33/12)
2012/C 126/07
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Körös-Vidéki Környezetvédelmi és Vízügyi Igazgatóság
Konvenut: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
Domandi preliminari
Meta tintuża bħala mergħa permanenti, diga għandha titqies bħala art agrikola skont it-tifsira tal-Artikolu 143b(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (1), anki jekk l-użu prinċipali tagħha ma huwiex għal skopijiet agrikoli iżda sservi wkoll għall-immaniġġjar tal-ilma u għall-protezzjoni kontra l-għargħar?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269)
Full & Egal Universal Law Academy