21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Jannar 2012 — proċeduri kriminali kontra Vu Thang Dang, Berlin
(Kawża C-39/12)
2012/C 118/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Parti fil-kawża prinċipali
Vu Thang Dang, Berlin.
Domanda preliminari
L-Artikoli 21 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243 tal-15 ta’ Settembru 2009, p. 1), li jirregola l-ħruġ u l-annullament ta’ viża uniformi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu responsabbiltà kriminali, li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għat-traffikar ta’ ċittadini barranin fil-każijiet fejn, għalkemm ikunu fil-pussess ta’ viżi, il-persuni ttraffikati jkunu kisbu dawn il-viżi billi jkunu ingannaw l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor dwar l-iskop veru tal-vjaġġ tagħhom?
(1) Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (ĠU L 243, p. 1 – Kodiċi dwar il-Viżi).
Full & Egal Universal Law Academy