10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/24
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2012 minn Monster Cable Products, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-23 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-216/10 — Monster Cable Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Live Nation (Music) UK Limited
(Kawża C-41/12 P)
2012/C 73/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Monster Cable Products, Inc. (rappreżentant: O. Günzel, A. Wenninger-Lenz, Rechtsanwältin)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Live Nation (Music) UK Limited
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tordna l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Novembru 2011 fil-Kawża T-216/10;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-appellanti.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tissottometti li billi ċaħdet ir-rikors fuq il-bażi stipulati fis-sentenza tat-23 ta’ Novembru 2001, il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu kont tal-isfond u ċ-ċirkustanzi fattwali tal-proċedimenti, b’riżultat li s-sentenza appellata hija bbażata fuq fatti inkompleti. Għalhekk, is-sentenza hija nieqsa mill-evalwazzjoni ġenerali mandatorja tal-fatturi kollha li għandhom jitqiesu fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. Is-sentenza hija għalhekk żbaljata u tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (1).
Fil-fehma tal-appellanti, kieku kienet saret evalwazzjoni ġenerali xierqa, il-Qorti Ġenerali kienet tasal għall-konklużjoni li d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-24 ta’ Frar 2010 tikser l-Artikolu 8(1)(b) tat-Regolament Nru 207/2009 (2). Fil-qosor, l-appellanti issostni li l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 inkiser għar-raġunijiet li ġejjin:
nuqqas li jittieħed kont tal-“konsumatur medju speċjalizzat fir-Renju Unit” bħala l-pubbliku rilevanti li dwaru l-analiżi tal-probabbiltà tal-konfużjoni għandha titwettaq;
applikazzjoni żbaljata ta’ prinċipji legali stabiliti għall-evalwazzjoni tax-xebh tal-prodotti;
ksur tal-prinċipji skont liema, sabiex tkun evalwata l-probabbiltà ta’ konfużjoni, għandha tingħata konsiderazzjoni għall-fatturi kollha rilevanti għall-każ individwali u, inter alia, għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja
(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1, p. 146)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy