14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session (Scotland), Edinburgh (ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Jannar 2012 — Andrius Kulikauskas vs Macduff Shellfish Limited, Duncan Watt
(Kawża C-44/12)
2012/C 109/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Session (Scotland), Edinburgh
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Andrius Kulikauskas
Konvenuti: Macduff Shellfish Limited, Duncan Watt
Domandi preliminari
(1)
Skont id-Direttiva 2006/54/KE (1), il-fatt li persuna (“A”) tiġi ttrattata b’mod inqas favorevoli abbażi tat-tqala ta’ mara (“B”) jikkostitwixxi diskriminazzjoni illegali?
(2)
Skont id-Direttiva 2006/54/KE, il-fatt li persuna (“A”) tiġi ttrattata b’mod inqas favorevoli abbażi tat-tqala ta’ mara (“B”) li hija i) is-sieħba tiegħu, jew ii) assoċjata miegħu b’mod ieħor jikkostitwixxi diskriminazzjoni illegali?
(1) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid), ĠU L 204, p. 23
Full & Egal Universal Law Academy