14.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 109/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ankenævnet for Uddannelsesstøtten (id-Danimarka) fis-26 ta’ Jannar 2012 — LN
(Kawża C-46/12)
2012/C 109/12
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Ankenævnet for Uddannelsesstøtten (id-Danimarka)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LN
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(1)(c) tad-Direttiva 2004/38/KE (1), flimkien mal-Artikolu 24(2) tal-imsemmija Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jevalwa jekk persuna għandhiex tiġi kkunsidrata bħala ħaddiem li jibbenefika minn dritt għal għajnuna ta’ manteniment għall-istudji, dan l-Istat (l-Istat Membru ospitanti) jista’ jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li din il-persuna daħlet fit-territorju tiegħu bl-intenzjoni prinċipali li tipparteċipa f’taħriġ li għandu l-effett li l-Istat Membru ospitanti ma jkunx obbligat li jħallas lil din il-persuna l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 24(2), iċċitat iktar ’il fuq?
(1) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46)
Full & Egal Universal Law Academy