21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fil-31 ta’ Jannar 2012 — Her Majesty’s Revenue and Customs (HMRC) vs Sunico ApS, M & B Holding ApS u Sunil Kumar Harwani
(Kawża C-49/12)
2012/C 118/17
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Her Majesty’s Revenue and Customs (HMRC).
Konvenuti: Sunico ApS, M & B Holding ApS u Sunil Kumar Harwani.
Domanda preliminari
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’. sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jestendi għal rikors li fil-kuntest tiegħu l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jitolbu danni lil impriżi u lil persuni fiżiċi residenti fi Stat Membru ieħor abbażi ta’ allegazzjoni ta’ assoċjazzjoni kriminali b’għan ta’ frodi — skont id-dritt tal-ewwel Stat Membru — li tikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’evażjoni tal-VAT dovuta lill-ewwel Stat Membru?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42
Full & Egal Universal Law Academy