24.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/18
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-55/12)
2012/C 89/28
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, W. Mölls, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet tal-parti rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tikkonstata li l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (1), billi eżentat mid-dazju tas-sisa l-karburanti għall-vetturi bil-mutur ta’ persuni b’diżabbiltà, mingħajr ma osservat il-livelli minimi ta’ tassazzjoni stabbiliti skont dik id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni li, billi żżomm l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fir-rigward tal-karburanti għall-vetturi bil-mutur użati minn persuni b’diżabbiltà, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva.
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).
Full & Egal Universal Law Academy