21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit-3 ta’ Frar 2012 — Fédération des maisons de repos privées de Belgique (Femarbel) ASBL vs Commission communautaire commune
(Kawża C-57/12)
2012/C 118/19
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fédération des maisons de repos privées de Belgique (Femarbel) ASBL
Konvenuta: Commission communautaire commune
Domanda preliminari
Is-servizzi ta’ kura tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 2(2)(f), u s-servizzi soċjali msemmija fl-Artikolu 2(2)(j) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (1) għandhom jiġu interpretati b’tali mod li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, ċ-ċentri ta’ akkoljenza ta’ matul il-jum fis-sens tad-digriet tal-Commission communautaire commune, tal-24 ta’ April 2008, dwar l-istabbilimenti ta’ akkoljenza jew ta’ akkomodazzjoni għal persuni anzjani, inkwantu jipprovdu għajnuna u kura approprjata għat-telf ta’ awtonomija ta’ persuni anzjani, kif ukoll iċ-ċentri ta’ akkoljenza ta’ matul il-lejl fis-sens tal-istess digriet, inkwantu jipprovdu għajnuna u kura tas-saħħa li ma jistgħux jiġu ggarantiti lill-persuni anzjani minn qrabathom b’mod kontinwu?
(1) ĠU L 376, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy